You are here: Home Kamra tal-istampa News releases Il-Bijodiversità, it-Tibdil fil-Klima u Inti
Personal tools

Il-Bijodiversità, it-Tibdil fil-Klima u Inti

Change language
Published: Mar 24, 2010 Last modified: Apr 13, 2011
Signals tal-EEA 2010: stejjer dwar in-nies u l-ambjent tagħhom

Aħna niddependu fuq ir-rikkezza tal-ħajja fuq din il-pjaneta għall-ikel, għall-kenn u għall-ħtiġijiet bażiċi tagħna bħall-arja nadifa. Aħna parti minn din id-diversità u ma nistgħux ngħixu mingħajrha. F'Signals, persuni ordinarji josservaw kif tibdiliet fl-ambjent tagħhom jaffettwaw mhux biss il-ħajja tal-annimali u tal-pjanti, iżda wkoll l-għajxien u l-istil ta' ħajja tagħhom.

Prof. Jacqueline McGlade, Direttur Eżekuttiv tal-EEA

Signals tal-EEA 2010 jirrakkonta sitt stejjer dwar in-nies u l-kwistjonijiet ambjentali li jgħixu magħhom illum.  Dawn ix-'xhieda' jistiednuk għal vjaġġ kemm lejn postijiet familjari kif ukoll lejn postijiet imbegħda biex tosserva mill-ġdid il-pedamenti tal-ħajja fuq id-dinja — l-ilma, il-ħamrija u l-arja — inti u għaddej. Għalkemm l-osservazzjonijiet tagħhom huma dawk personali u lokali, il-għawġ tagħhom hija komuni u globali.

Dawn m’humiex sempliċiment ġrajjiet. L-għerf ta' persuni ordinarji, bħal kaċċaturi, bdiewa, dawk li jimxu fuq l-għoljiet u dilettanti ta' xi sport, spiss huwa riżorsa mhux mittiefsa ta' informazzjoni sabiex tikkumplimenta l-immaġnijiet u r-riċerka tagħna bis-satellita. Dawn in-nies jitkellmu wkoll b'lingwaġġ sempliċi u dirett. Faċli tismagħhom.

"Aħna niddependu fuq ir-rikkezza tal-ħajja fuq din il-pjaneta għall-ikel, għall-kenn u għall-ħtiġijiet bażiċi tagħna bħall-arja nadifa. Aħna parti minn din id-diversità u ma nistgħux ngħixu mingħajrha. F'Signals, persuni ordinarji josservaw kif tibdiliet fl-ambjent tagħhom jaffettwaw mhux biss il-ħajja tal-annimali u tal-pjanti, iżda wkoll l-għajxien u l-istil ta' ħajja tagħhom" tgħid il-Prof. Jacqueline McGlade, Direttur Eżekuttiv tal-EEA.

Il-Bijodiversità u t-Tibdil fil-Klima huma temi ċentrali u l-istejjer sejrin ikunu relevanti tul l-2010 kollha - is-Sena Internazzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti tal-Bijodiversità - b'mod partikolari fit-22 ta' Mejju, il-Jum Internazzjonali għad-Diversità Bijoloġika.

Fl-istejjer inti tista' ssegwi l-kors tal-ilma mill-qċaċet tal-Alpi għat-toroq ta' Vjenna u tista' tiskopri li l-bidla fil-klima qiegħda taffettwa ċiklu tal-ilma antik fil-muntanji b'riperkussjonijiet għal għexieren ta' eluf ta' Ewropej. Isma' gwida, raġel li kiber fuq il-muntanji, hekk kif jiddeskrivi kif il-formazzjoni nfisha tal-blat qiegħda tinbidel hekk kif it-temperaturi qegħdin jiżdiedu u l-qalba ffriżata tagħhom qiegħda titmermer.

Tgħallem dwar dawk li jieħdu ħsieb iċ-ċriev tar-reġjun vast tal-Artiku li qegħdin iħabbtu wiċċhom ma' xitwiet li ma għadhomx aktar kiesħin konsistenti. Vjaġġa lejn il-Baħar Eġew u isma' lill-persuni tal-lokal, bħal Saim Erol - li ilu jistad hawnhekk għal dawn l-aħħar 20 sena - jiddeskrivu l-bidliet. X'tagħmel meta tiġbed ħuta ġdida barra mill-ilma? Minn fejn ġiet? Meta ħadd ma jixtriha, tkun tiswa xi ħaġa?

Signals 2010 sejjer jitnieda nhar l-Erbgħa, 24 ta' Marzu 2010 mill-Ministru Spanjol tal-Ambjent u Affarijiet Rurali u Marini, Elena Espinosa u mid-Direttur Eżekuttiv tal-EEA, Jacqueline McGlade. L-avveniment ta' Madrid sejjer jikkoinċidi mat-tnedija tal-paġna elettronika ta' Signals: eea.europa.eu/signals

Noti lill-editur

Dettalji tat-tnedija: Madrid, Spanja

Data: L-Erbgħa, 24 ta' Marzu 2010

Post: Ministerio de Medio Ambiente y Medio Rural y Marino

Ħin: 12.00

X'inhu Signals?

Signals, li jiġi ppubblikat fis-26 lingwa kollha tal-EEA, jieħu approċċ ibbażat fuq storja sabiex jgħinna nikkomunikaw aħjar mal-popolazzjoni diversa tal-Ewropa.

L-istejjer ta' Signals jistgħu jintużaw mill-ġdid, huma bla ħlas, f'forma stampata jew f'forma elettronika. Jekk jogħġbok għarraf lill-EEA u qarrejja diretti għal aktar informazzjoni lil: eea.europa.eu/signals

Informazzjoni ta' kuntatt

Għal mistoqsijiet mill-midja, ikkuntattja lil:

Iben Stanhardt

Uffiċjal għall-istampa

E-mail: iben.stanhardt@eea.europa.eu

Telefon: +45 3336 7168

Mobile: +45 2336 1381

Document Actions
Kummenti dwar traduzzjonijiet
Jekk jogħġbok, għinna intejbu l-kwalita' tat-traduzzjonijiet.
Sign up now!
Get notifications on new reports and products. Currently we have 33704 subscribers. Frequency: 3-4 emails / month.
Notifications archive
Follow us
 
 
 
 
 

This page was translated by the Translation Centre for the Bodies of the European Union (CdT)

European Environment Agency (EEA)
Kongens Nytorv 6, 1050, Copenhagen K, Denmark.
Phone: +45 3336 7100