Personal tools

Notifiki
Irċievi notifiki dwar rapporti u prodotti ġodda. Frekwenza: 3-4 emails / xahar.
Abbonamenti
${inkiteb} biex tirċievi r-rapporti tagħna (stampati jew/u f’forma elettronika) u n-newsletter elettronika ta’ kull tliet xhur.
Segwina
Ikona ta’ Twitter Twitter
Ikona tal-Facebook Facebook
Ikona tal-YouTube Kanal tal-YouTube
Lowgo RSS Feeds tar-RSS
Iktar

Write to us Write to us

For the public:


For media and journalists:

Contact EEA staff
Contact the web team
FAQ

Call us Call us

Reception:

Phone: (+45) 33 36 71 00
Fax: (+45) 33 36 71 99


li jmiss
preċedenti
punti

Aqbeż għall-kontenut. | Aqbeż għal navigazzjoni

Sound and independent information
on the environment

You are here: Home / Kamra tal-istampa / News releases

News releases

Biddel il-lingwa
Press Release It-tniġġis mit-traffiku għadu perikoluż għas-saħħa f’ħafna partijiet tal-Ewropa — 27 Nov 2012
It-trasport fl-Ewropa huwa responsabbli mil-livelli dannużi ta’ pollutanti fl-arja u kwart tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-UE. Ħafna mill-problemi ambjentali li jirriżultaw jistgħu jiġu indirizzati billi jiġu intensifikati l-isforzi biex jintlaħqu miri ġodda tal-UE, skont l-aħħar rapport mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA).
Press Release Octet Stream Evidenza ta’ tibdil fil-klima fl-Ewropa tikkonferma ħtieġa urġenti għal addattament — 21 Nov 2012
It-tibdil fi-klima qiegħed jaffettwa r-reġjuni kollha fl-Ewropa, u jikkawża firxa wiesgħa ta’ impatti fuq is-soċjetà u fuq l-ambjent. Huma mistennija aktar impatti fil-ġejjieni, li ser jikkawżaw potenzjalment spejjeż kbar ta’ ħsara, skont l-aħħar valutazzjoni ppubblikata llum mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.
Press Release L-Ambjent: ħafna Ewropej għadhom esposti għal sustanzi li jniġġsu l-arja u li huma ta’ ħsara — 24 Sep 2012
Kważi terz tal-abitanti urbani tal-Ewropa huma esposti għal konċentrazzjonijiet eċċessivi ta’ materja partikulata (particulate matter (PM)) fl-arja. Il-materja partikulata hija fost l-aktar sustanzi niġġiesa importanti f’termini ta’ ħsara għas-saħħa, għaliex tippenetra fil-partijiet sensittivi tas-sistema respiratorja. Matul l-aħħar deċennji, l-UE għamlet progress fit-tnaqqis ta' sustanzi li jniġġsu l-arja li jikkawżaw aċidifikazzjoni, iżda rapport ġdid ippubblikat illum mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) juri li ħafna partijiet mill-Ewropa għandhom problemi persistenti ta’ konċentrazzjonijiet ta’ PM u ożonu troposferiku fl-arja ta' barra.
Press Release Ilma nadif fil-biċċa l-kbira tad-destinazzjonijiet tal-vaganzi fl-UE — 23 May 2012
Għandna aħbar tajba għalik jekk qed tippjana li tmur vaganza f’xi bajja fl-Ewropa dan is-sajf: 92.1 % tal-ilmijiet għall-għawm fl-Unjoni Ewropea issa jilħqu l-istandards minimi tal-kwalità tal-ilma stabbiliti fid-Direttiva dwar l-ilma ghall-ghawm. Dawn jinkludu l-lag imsejjaħ “Serpentine Lake” f’Londra, li se jospita bosta avvenimenti tal-Olimpijadi, inklużi l-Maratona tal-Għawm f’ilmijiet miftuħin u t-taqsima tal-għawm tat-triatlon.
Press Release Il-valutazzjoni pan-Ewropea tistaqsi: ‘X’nafu dwar l-ilma u l-ekonomija ekoloġika?’ — 21 Sep 2011
Illum sejrin jiltaqgħu l-Ministri f’Astana, il-Kazakastan, sabiex jiddiskutu kwistjonijiet dwar l-ilma u t-tħaddir tal-ekonomija waqt is-seba’ Konferenza Ministerjali msejħa ‘L-Ambjent għall-Ewropa’, li sejra ssir bejn il-21 u t-23 ta’ Settembru 2011. Bil-għan li tappoġġa l-Konferenza, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) qiegħda tniedi rapport innovattiv ta’ Valutazzjoni tal-Valutazzjonijiet, li jirrakkomanda modi kif l-informazzjoni ambjentali u t-tfassil tal-politika jistgħu jkunu allinjati aktar mill-qrib.
Press Release L-Ambjent: Il-kwalità tal-ilma għall-għawn tibqa' għolja madwar l-UE — 16 Jun 2011
Il-kwalità tal-ilma għall-għawm madwar l-Ewropa naqset xi ftit bejn l-2009 u l-2010, iżda l-kwalità ġenerali kienet għadha għolja. Aktar minn disa’ siti għall-għawm minn fost 10, issa jilħqu r-rekwiżiti minimi.
Press Release L-Ambjent: Mapep ġodda jagħtu lill-Ewropej stampa mill-qrib tat-tniġġis tal-arja minn sorsi mxerrda — 26 May 2011
Ir-reġistru tal-Ewropa kollha għandu l-għan li jgħin lill-Ewropej jimpenjaw ruħhom b'mod attiv f'deċiżjonijiet li jaffettwaw l-ambjent. Mapep ġodda onlajn li ġew ippubblikati llum mill-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, b'kooperazzjoni mill-qrib maċ-Ċentru Konġunt Għar-Riċerka, is-servizz xjentifiku intern tal-Kummissjoni, jippermettu għall-ewwel darba liċ-ċittadini biex jidentifikaw is-sorsi mxerrda ewlenin tat-tniġġis tal-arja, bħat-trasport u l-avjazzjoni. Il-ġabra ġdida ta' 32 mappa turi l-postijiet fejn qed jiġu rrilaxxati ċerti sustanzi niġġiesa bħall-ossidi tan-nitroġenu u l-materja partikulata. Din il-ġabra tikkomplementa d-dejta eżistenti dwar l-emissjonijiet minn impjanti industrijali individwali mir-Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta' Inkwinanti (PRTR Ewropew).
Press Release Friefet jew negozju – l-Ewropa jista’ jkollha t-tnejn! — 30 Nov 2010
L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) illum ħarġet ir-raba’ rapport tagħha dwar l-Istat tal-Ambjent u Ħarsa Ġenerali lejn l-Ambjent — SOER2010 — valutazzjoni komprensiva dwar kif u għaliex l-ambjent Ewropew qed jinbidel, u x’qed nagħmlu dwar dan. L-SOER 2010 jikkonkludi li approċċ integrat b’mod sħiħ biex l-Ewropa tiġi trasformata f’ekonomija ħadra b’riżorsi effiċjenti jista’ mhux biss jirriżulta f’ambjent tajjeb għas-saħħa, iżda jista’ jsaħħaħ ukoll il-prosperità u l-koeżjoni soċjali.
Press Release Il-kwalità tal-ilma għall-għawm fl-UE tibqa' għolja — 10 Jun 2010
L-indafa tal-ilmijiet għall-għawm hija vitali għas-setturi ekonomiċi bħat-turiżmu u għall-ħajja tal-pjanti u l-annimali. Ir-rapport annwali dwar l-ilma għall-għawm ippreżentat mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent juri li fl-2009, 96% taż-żoni kostali tal-għawm u 90% tas-siti għall-għawm fi xmajjar u lagi kienu konformi mal-istandards minimi. Dan ir-rapport jiddeskrivi wkoll fejn jista' jinkiseb tagħrif dettaljat u aġġornat dwar siti għall-għawm.
Press Release It-trasport Ewropew qiegħed isir aktar ekoloġiku? Parzjalment. — 27 Apr 2010
Filwaqt li l-avvanzi teknoloġiċi qegħdin jipproduċu vetturi aktar nodfa, aktar u aktar passiġġieri u prodotti qegħdin jivjaġġaw distanzi itwal, biex b’hekk jiġu paċuti l-kisbiet fl-effiċjenza. Fuq il-bażi ta’ analiżi ta’ xejriet fit-tul, rapport ġdid tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (European Environment Agency - EEA) jitlob għal viżjoni ċara li tiddefinixxi s-sistema tat-trasport tal-Ewropa sal-2050 u linji politiċi konsistenti sabiex tinkiseb.
Press Release Il-Bijodiversità, it-Tibdil fil-Klima u Inti — 24 Mar 2010
Signals tal-EEA 2010: stejjer dwar in-nies u l-ambjent tagħhom
Press Release chemical/x-molconn-Z Il-kwalità tal-ilma għall-għawm fl-UE qed titjieb — 11 Jun 2009
Ir-rapport annwali dwar l-ilma għall-għawm li tressaq illum mill-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent jiżvela li l-maġġoranza l-kbira taż-żoni tal-għawm madwar l-Unjoni Ewropea fis-sena 2008 laħqu l-istandards tal-UE għall-iġjene. Matul l-istaġun tal-għawm, madwar 96 % taż-żoni kostali tal-għawm u 92 % taż-żoni tal-għawm fix-xmajjar u l-għadajjar kienu konformi mal-istandards minimi. Ir-rapport jipprovdi tagħrif siewi dwar il-kwalità tal-ilma għall-miljuni ta' persuni li jżuru x-xtajtiet Ewropej kull sajf.
Press Release Octet Stream Nixfa u abbuż ta’ l-ilma fl-Ewropa — 17 Mar 2009
Mill-kampijiet tal-golf sal-kotba, miż-żejt taż-żebbuġa sal-vaċċini, l-oġġetti u s-servizzi kollha li niddependu fuqhom, flimkien ma’ ħafna mill-attivitajiet tagħna ta’ kuljum, jeħtieġu riżorsi essenzjali: l-ilma. Rapport ġdid mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) jikkonferma li f’ħafna partijiet tal-Ewropa l-użu ta’ l-ilma mhuwiex sostenibbli u jipprovdi rakkomandazzjonijiet għal approwċ ġdid għall-immaniġġjar tar-riżorsi ta’ l-ilma.
Press Release L-UE ma jirnexxilhiex tikkontrolla l-emissjonijiet mit-trasport: meħtieġa titjib drammatiku u miri ċari — 03 Mar 2008
Is-settur tat-trasport fl-UE għandu japplika miżuri rigorużi biex jgħin lill-Ewropa tilħaq il-miri tagħha ta’ emissjoni tal-gassijiet b’effett serra, jgħid rapport ġdid ippubblikat mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.
Press Release Il-Ministri jridu jgħaqqdu l-forzi sabiex jiksbu ambjent b’saħħtu għar-reġjun pan-Ewropew — 10 Oct 2007
Il-politika ambjentali madwar ir-reġjun pan-Ewropew hija mfixkla minn lakuni fl-informazzjoni u fl-implimentazzjoni skond rapport ġdid ta’ l-Aġenzija Ewropea għall-Ambejt (EEA), maħruġ illum.
Press Release Tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-UE matul l-2005 — 15 Jun 2007
L-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (GHG) li jibdlu il-klima naqsu bejn l-2004 u l-2005, skond ir-rapport annwali ta’ inventarju tal-GHG tal-Komunità Ewropea mħejji mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA), f’Kopenħagen.
Press Release object code It-Trasport — mill ġdid fil qiegħ tal klassifika ta' Kyoto — 26 Feb 2007
L emissjonijiet tal gassijiet serra mit-trasport jibqgħu ostaklu ewlieni, iżda inevitabbli sabiex l UE tilħaq il miri tagħha ta' Kyoto dwar it-tibdil fil klima, skond rapport ġdid ta' l Aġenzija Ewropea għall Ambjent (EEA), maħruġ f'Kopenħagen illum.
Press Release Octet Stream Espansjoni urbana mingħajr kontroll – sfida ambjentali injorata fl-Ewropa — 24 Nov 2006
Tinħtieġ politika ta’ l-UE sabiex tmexxi ppjanar urban effettiv
Press Release Troff document L-Ewropa tħoss is-sħana filwaqt li l-bidla fil-klima tinsab fl-ewwel post fil-lista ta' l-isfidi ambjentali — 29 Nov 2005
Il-leġiżlaturi, in-negozjanti w individwi għandhom jaġixxu issa fuq firxa ta' kwistjonijiet ambjentali jew inkella jkollhom iħallsu prezz għoli aktar tard
Press Release Troff document Logħba tal-kompjuter b'xejn dwar l-ambjent f'26 lingwa — 25 Aug 2005
Dawk li jiddelettaw bil-logħob tal-kompjuter madwar l-Ewropea kollha issa jistgħu jilgħabu logħba tal-kompjuter u jitgħallmu dwar l-ambjent fl-istess ħin. L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent f'Kopenhagen nidiet il-logħba tal-kompjuter Honoloko f'26 lingwa. Il-logħba hija disponibbli għall-użu b'xejn fuq l-internet.

Geographical coverage

[+] Show Map

Dokument ta’ Azzjonijiet

Kummenti

Sir membru issa!
Irċievi notifiki dwar rapporti u prodotti ġodda. Attwalment għandna 32869 abbonati. Frekwenza: 3-4 posta elettronika / xahar.
Arkivju tan-notifiki
Segwina
 
 
 
 
 
Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)
Kongens Nytorv 6
1050 Kopenħagen K
id-Danimarka
Telefown: +45 3336 7100