Personal tools

li jmiss
preċedenti
punti

Aqbeż għall-kontenut. | Aqbeż għal navigazzjoni

Sound and independent information
on the environment

You are here: Home / Legal notices / Privacy policy

Privacy policy

Biddel il-lingwa
L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) - ipproċessar ta' dejta personali

L-ipproċessar ta' dejta personali fl-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità bħal pereżempju l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) huwa regolat bir-Regolament (KE) Nru 45/2001 - http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:32001R0045:EN:NOT - dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' din id-dejta.

Skop tar-Regolament Nru. 45/2001

L-Artikolu 3.2 jipprovdi li r-Regolamenti għandhom japplikaw għall-ipproċessar (sħiħ jew parzjali permezz ta' mezzi awtomatiċi jew inkella bħala parti minn sistema ta' iffajljar) ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-Komunità diment li tali pproċessar isir fl-eżerċizzju tal-attivitajiet li kollha jew parti minnhom jaqgħu fi ħdan l-iskop tal-liġi tal-Komunità.

Ipproċessar ta’ dejta personali

"Ipproċessar" tfisser kull operazzjoni jew sett ta' operazzjonijiet li jsiru fuq id-dejta personali bħall-ġbir, reġistrazzjoni, organizzazzjoni, ħażna, adattament, tibdil, irkupru, konsultazzjoni, użu, żvelar, trasmissjoni, tixrid jew inkella li tagħmel disponibbli, allinejament jew il-kombinazzjoni, l-imblukkar, it-tħassir jew il-qerda (Artikolu 2(b), Reg. 45/2001).

X'inhi dejta personali?

"Dejta personali" hija kull informazzjoni relatata ma' persuna identifikabbli jew identifikata (suġġett tad-dejta). Persuna identifikabbli hija dik il-persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal numru ta' identifikazzjoni jew għal fattur wieħed jew iktar speċifiku għall-identità fiżika, fiżjoloġika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali tagħha. (Artikolu. 2(a), Reg. 45/2001).

L-ipproċessar ta' kategoriji speċjali ta' dejta, definita bħala dejta personali li tikxef l-oriġini razzjali jew etnika, l-opinjonijiet politiċi, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, is-sħubija fi tredjunjin, u ta' dejta relatata mas-saħħa jew mal-ħajja sesswali, huwa projbit, għajr għal ċerti eċċezzjonijiet. (Artikolu 10, Reg. 45/2001).

Is-Suġġett tad-Dejta

Is-Suġġett tad-Dejta hija dik il-persuna li d-dejta personali tagħha tinġabar, tinżamm jew tiġi pproċessata.

Il-Kontrollur tad-Dejta u l-Kontrollur Delegat

Il-Kontrollur tad-Dejta tfisser "l-istituzzjoni jew korp tal-Komunità, id-Direttorat-Ġenerali, l-unità jew xi entità organizzattiva oħra li waħedha jew flimkien ma' oħrajn tiddetermina l-iskopijiet u l-mezzi tal-ipproċessar tad-dejta personali" (Artikolu 2(d), Reg. 45/2001).

Prinċipji tal- Protezzjoni tad-Dejta

  • Id-dejta għandha tiġi pproċessata b'mod ġust u legalment;
  • Din tista' tiġi ipproċessata biss għal skopijiet limitati u espliċiti;
  • Id-dejta miġbura trid tkun adegwata, relevanti u mhux eċċessiva għall-iskopijiet li għalihom tkun nġabret;
  • Din għandha tinżamm preċiża u aġġornata;
  • M'għandhiex tinżamm itwal minn kemm hemm bżonn;
  • Din tista' tiġi ppoċċessata biss skont id-drittijiet tas-Suġġett tad-Dejta;
  • Din għandha tinħażen b'mod sigur;
  • Din m'għandhiex tiġi ttrasferita lejn partijiet terzi mingħar il-prekawzjonijiet adegawati (Artikolu 4, Reg 45/2001).

Drittijiet tas-Suġġett tad-Dejta

1. Informazzjoni

Il-Kontrollur għandu jagħti l-informazzjoni li ġejja dwar id-dejta li tkun qiegħda tiġi pproċessata lis-Suġġett tad-Dejta:
(a) informazzjoni dwar il-bażi legali tal-operazzjoni tal-ipproċessar,
(b) l-identità tal-kontrollur,
(c) l-iskopijiet atl-operazzjoni,
(d) il-kategoriji tad-dejta ikkonċernata,
(e) ir-riċevituri jew il-kategoriji ta' riċevituri li lilhom sejra tiġi żvelata d-dejta,
(f) jekk it-tweġibiet għall-mistoqsijiet li saru humiex obbligatorji jew volontarji,
(g) l-eżistenza tad-dritt għall-aċċess tad-dejta,
(h) id-data ta' għeluq għall-ħzin tad-dejta, u
(i) id-dritt li jkollu rikors għall-EDPS,

2. Dritt tal-aċċess

Is-Suġġett tad-Dejta għandu d-dritt li jara d-dejta tiegħu/tagħha. Barra minn hekk, huwa jista' jitlob lill-Kontrollur sabiex jipprovdilu l-informazzjoni li ġejja u l-Kontrollur irid jagħmel dan fi żmien massimu ta' tliet xhur minn meta jkun irċieva t-talba u b'hekk jipprovdi:
(a) konferma ta' jekk id-dejta relatata mas-Suġġett tad-Dejta hijiex qiegħda tiġi ipproċessata jew le;
(b) komunikazzjoni tad-dejta li tkun qiegħda tiġi pproċessata u s-sors ta' kull informazzjoni disponibbli;
(ċ) konferma dwar l-iskopijiet tal-operazzjoni, il-kategoriji tad-dejta kkonċernata u l-kategoriji tar-riċevituri li lilhom tkun sejra tiġi żvelata d-dejta,
(d) għarfien tal-loġika involuta fi kwalunkwe proċess awtomatiku ta' deċiżjoni li jikkonċerna s-Suġġett tad-Dejta.

3. Rettifika

Is-Suġġett tad-Dejta jista' jeħtieġ lill-Kontrollur sabiex jikkoreġi bla dewmien kull dejta personali mhux eżatta jew mhux kompluta.

4. L-Imblukkar

Is-Suġġett tad-Dejta għandu d-dritt li jitlob lill-Kontrollur sabiex jimblokka d-dejta jekk
(a) din ma tibqax aktar meħtieġa għall-għanijiet tal-operazzjoni;
(b) is-Suġġett tad-Dejta jikkontesta l-preċiżjoni tad-dejta, jew
(ċ) l-ipproċessar ikun illegali. Jekk l-ipproċessar ikun illegali, is-Suġġett tad-Dejta jista' jagħżel ukoll li jitlob lill-Kontrollur biex jeqred id-dejta.

5. Notifka lil partijiet terzi

Is-Suġġett tad-Dejta għandu d-dritt li jitlob lill-Kontrollur biex jinnotifika lill-partijiet terzi li inizjalment ingħatatilhom id-dejta dwar xi rettifika, imblukkar jew qerda ta' dejta.

6. Id-dritt għall-oġġezzjoni

Is-Suġġett tad-Dejta jista', fi kwalunkwe ħin joġġezzjona għall-ipproċessar tad-dejta tiegħu għal raġunijiet leġittimi konvinċenti relatati mas-sitwazzjoni partikolari tiegħu kif hemm fl-Artikoli 11-19 bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 20, Reg. 45/2001).

7. Iż-żamma tad-dejta

Id-dejta m'għandhiex tinżamm għal aktar milli jkun hemm bżonn għall-iskop li għalih tkun inġabret.

L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Dejta (DPO)

Kull istituzzjoni għandha DPO wieħed jew iktar biex jiżgura l-applikazzjoni tal-prinċipji tal-protezzjoni tad-dejta personali fl-istituzzjoni. Kull DPO iżomm reġistru tal-operazzjonijiet kollha għall-ipproċessar tad-dejta personali fl-istituzzjoni tiegħu/tagħha. Huwa/hija jipprovdi/tipprovdi wkoll pariri u rakkomandazzjonijiet dwar id-drittijiet u l-obbligi.

Huwa/hija jinnotifika/tinnotifika l-ipproċessar ta' dejta personali sensittiva relatata mal-EDPS (ara taħt) u jwieġeb/twieġeb għat-talbiet mill-EDPS. F'sitwazzjonijiet kritiċi huwa/hija jista'/tista jinvestiga/tinvestiga kwistjonijiet u inċidenti jew fuq talba jew fuq inizjattiva tiegħu/tagħha stess.
Id-DPO tal-EEA jista' jiġi ikkuntattjat fuq dataprotectionofficer at eea.europa.eu

il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta (EDPS)

L-EDPS huwa awtorità sorveljatorja indipendenti stabbilit skont ir-Regolament (KE) 45/2001.

Fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali, l-EDPS huwa responsabbli sabiex jiżgura li d-drittijiet fundamentali u l-libertajiet tal-persuni naturali, u b'mod partikolari d-dritt tagħhom għall-privatezza, jiġu rispettati mill-istituzzjonijiet u mill-korpi tal-Kummissjoni. L-EDPS huwa wkoll responsabbli biex jagħti parir lill-istituzzjonijiet u lill-korpi tal-Komunità u lis-Suġġetti tad-Dejta fuq kwistjonijiet li jikkonċernaw l-ipproċessar ta' dejta personali.
Is-Suġġetti tad-Dejta għandhom id-dritt għal rikors mal-EDPS fi kwalunkwe ħin.

Informazzjoni dwar l-użu tas-sit

Din il-websajt tuża Google Analytics, servizz ta' web analytics ipprovdut minn Google, Inc. ("Google'). Google Analytics juża 'cookies', li huma fajls b'test li jitpoġġew fuq il-kompjuter tiegħek, biex jgħinu lit-tim tal-web janalizza kif l-utenti jużaw is-sit. L-informazzjoni iġġenerata mill-cookie dwar l-użu tiegħek tal-websajt (inkluż l-indirizz tal-IP tiegħek) tiġi trasmessa lil u maħżuna minn Google fuq servers fl-Istati Uniti. Google juża din l-informazzjoni għall-għan li jevalwa l-użu tiegħek tal-websajt, jagħmel rapporti dwar l-attività tal-websajt għall-operaturi tal-websajt u jipprovdi servizzi oħrajn relatati mal-attività tal-websajt u l-użu tal-internet. Google jista' wkoll jittrasferixxi din l-informazzjoni lil partijiet terzi meta jkun meħtieġ li jagħmel dan bil-liġi, jew fejn partijiet terzi jipproċessaw l-informazzjoni f'isem Google. Google ma jassoċjax l-indirizz tal-IP tiegħek ma' xi dejta oħra miżmuma minn Google. Int tista' tirrifjuta l-użu tal-cookies billi tagħżel is-settings ix-xierqa fuq il-browser tiegħek, madankollu jekk jogħġbok innota li jekk tagħmel dan ma tkunx tista' tuża l-funzjonalità kollha ta' din il-websajt. Meta tuża din il-websajt, int tagħti l-kunsens tiegħek għall-ipproċessar ta' dejta dwarek minn Google bil-mod u għall-għanijiet imsemmija hawn fuq.

Il-cookies ma fihomx informazzjoni personali dwarek u ma jistgħux jintużaw biex jiġi identifikat utent individwali.

Kontenut relatat

Geographical coverage

[+] Show Map

Dokument ta’ Azzjonijiet

Kummenti

Abbonamenti
${inkiteb} biex tirċievi r-rapporti tagħna (stampati jew/u f’forma elettronika) u n-newsletter elettronika ta’ kull tliet xhur.
Segwina
 
 
 
 
 
Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)
Kongens Nytorv 6
1050 Kopenħagen K
id-Danimarka
Telefown: +45 3336 7100