Personal tools

li jmiss
preċedenti
punti

Aqbeż għall-kontenut. | Aqbeż għal navigazzjoni

Sound and independent information
on the environment

You are here: Home / Legal notices / Copyright

Avviż legali

Biddel il-lingwa
Page Mibdul l-aħħar 12 May 2015, 12:16 PM

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-użu mill-ġdid ta’ kontenut fuq is-sit elettroniku tal-EEA li huwa l-proprjetà tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) u li għalih l-EEA għandha d-drittijiet ta’ użu, huwa permess mingħajr ħlas għall-finijiet kummerċjali jew mhux kummerċjali, sakemm is-sors ikun rikonoxxut u li l-punt sħiħ jiġi riprodott. L-użu mill-ġdid ta’ ċertudatajista’ jkun soġġett għal kondizzjonijiet differenti, u jekk ikun il-każ l-punt kkonċernat ikun akkumpanjat b’marka tad-drittijiet tal-awtur jew il-kondizzjonijiet speċifiċi relatati miegħu jissemmew b’mod ieħor.

Il-policy tal-EEA dwar l-użu mill-ġdid issegwi d-Direttiva 2003/98/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku fl-Unjoni Ewropea kollha u d- Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Diċembru 2011 dwar l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti tal-Kummissjoni.

L-EEA ma taċċetta assolutament l-ebda responsabbiltà għall-użu mill-ġdid ta’ kontenut aċċessibbli fuq is-sit elettroniku tagħha.

Il-logo tal-Aġenzija huwa l-proprjetà tal-EEA u huwa rreġistrat mal-WIPO (Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali). Jista’ jiġi riprodott mill-midja għall-finijiet ta’ ġurnaliżmu, iżda l-użijiet l-oħra kollha jeħtieġu l-kunsens minn qabel tal-Aġenzija. Il-logo ma jistax jitranġa jew jiġi emendat bi kwalunkwe mod ieħor minn kif imniżżel fil-manwal tal-identità korporattiva tal-EEA. Logos li jistgħu jitniżżlu mill-internet f’diversi formati u lingwi jinstabu f’din il-paġna.

Kwalunkwe mistoqsija dwar l-użu mill-ġdid ta’ kontenut fuq is-sit elettroniku tal-EEA għandha tiġi indirizzata lil copyrights@eea.europa.eu, jew lis-Sur Ove Caspersen, EEA, Kongens Nytorv 6, DK-1050 Kopenħagen K, Tel +45 33 36 71 00, Fax +45 33 36 71 99.

 

Geographic coverage

Europe
Dokument ta’ Azzjonijiet

Kummenti

Abbonamenti
${inkiteb} biex tirċievi r-rapporti tagħna (stampati jew/u f’forma elettronika) u n-newsletter elettronika ta’ kull tliet xhur.
Segwina
 
 
 
 
 
Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)
Kongens Nytorv 6
1050 Kopenħagen K
id-Danimarka
Telefown: +45 3336 7100