You are here: Home Punti ewlenin
Personal tools

Il-punti ambjentali ewlenin mill-EEA

Change language
Arkivju tal-punti ewlenin u tal-istqarrijiet għall-istampa tal-EEA
Press Release Ilma nadif fil-biċċa l-kbira tad-destinazzjonijiet tal-vaganzi fl-UE — May 23, 2012
Għandna aħbar tajba għalik jekk qed tippjana li tmur vaganza f’xi bajja fl-Ewropa dan is-sajf: 92.1 % tal-ilmijiet għall-għawm fl-Unjoni Ewropea issa jilħqu l-istandards minimi tal-kwalità tal-ilma stabbiliti fid-Direttiva dwar l-ilma ghall-ghawm. Dawn jinkludu l-lag imsejjaħ “Serpentine Lake” f’Londra, li se jospita bosta avvenimenti tal-Olimpijadi, inklużi l-Maratona tal-Għawm f’ilmijiet miftuħin u t-taqsima tal-għawm tat-triatlon.
Press Release Il-valutazzjoni pan-Ewropea tistaqsi: ‘X’nafu dwar l-ilma u l-ekonomija ekoloġika?’ — Sep 21, 2011
Illum sejrin jiltaqgħu l-Ministri f’Astana, il-Kazakastan, sabiex jiddiskutu kwistjonijiet dwar l-ilma u t-tħaddir tal-ekonomija waqt is-seba’ Konferenza Ministerjali msejħa ‘L-Ambjent għall-Ewropa’, li sejra ssir bejn il-21 u t-23 ta’ Settembru 2011. Bil-għan li tappoġġa l-Konferenza, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) qiegħda tniedi rapport innovattiv ta’ Valutazzjoni tal-Valutazzjonijiet, li jirrakkomanda modi kif l-informazzjoni ambjentali u t-tfassil tal-politika jistgħu jkunu allinjati aktar mill-qrib.
Press Release L-Ambjent: Il-kwalità tal-ilma għall-għawn tibqa' għolja madwar l-UE — Jun 16, 2011
Il-kwalità tal-ilma għall-għawm madwar l-Ewropa naqset xi ftit bejn l-2009 u l-2010, iżda l-kwalità ġenerali kienet għadha għolja. Aktar minn disa’ siti għall-għawm minn fost 10, issa jilħqu r-rekwiżiti minimi.
Press Release L-Ambjent: Mapep ġodda jagħtu lill-Ewropej stampa mill-qrib tat-tniġġis tal-arja minn sorsi mxerrda — May 26, 2011
Ir-reġistru tal-Ewropa kollha għandu l-għan li jgħin lill-Ewropej jimpenjaw ruħhom b'mod attiv f'deċiżjonijiet li jaffettwaw l-ambjent. Mapep ġodda onlajn li ġew ippubblikati llum mill-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, b'kooperazzjoni mill-qrib maċ-Ċentru Konġunt Għar-Riċerka, is-servizz xjentifiku intern tal-Kummissjoni, jippermettu għall-ewwel darba liċ-ċittadini biex jidentifikaw is-sorsi mxerrda ewlenin tat-tniġġis tal-arja, bħat-trasport u l-avjazzjoni. Il-ġabra ġdida ta' 32 mappa turi l-postijiet fejn qed jiġu rrilaxxati ċerti sustanzi niġġiesa bħall-ossidi tan-nitroġenu u l-materja partikulata. Din il-ġabra tikkomplementa d-dejta eżistenti dwar l-emissjonijiet minn impjanti industrijali individwali mir-Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta' Inkwinanti (PRTR Ewropew).
Press Release Friefet jew negozju – l-Ewropa jista’ jkollha t-tnejn! — Nov 30, 2010
L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) illum ħarġet ir-raba’ rapport tagħha dwar l-Istat tal-Ambjent u Ħarsa Ġenerali lejn l-Ambjent — SOER2010 — valutazzjoni komprensiva dwar kif u għaliex l-ambjent Ewropew qed jinbidel, u x’qed nagħmlu dwar dan. L-SOER 2010 jikkonkludi li approċċ integrat b’mod sħiħ biex l-Ewropa tiġi trasformata f’ekonomija ħadra b’riżorsi effiċjenti jista’ mhux biss jirriżulta f’ambjent tajjeb għas-saħħa, iżda jista’ jsaħħaħ ukoll il-prosperità u l-koeżjoni soċjali.
Press Release Il-kwalità tal-ilma għall-għawm fl-UE tibqa' għolja — Jun 10, 2010
L-indafa tal-ilmijiet għall-għawm hija vitali għas-setturi ekonomiċi bħat-turiżmu u għall-ħajja tal-pjanti u l-annimali. Ir-rapport annwali dwar l-ilma għall-għawm ippreżentat mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent juri li fl-2009, 96% taż-żoni kostali tal-għawm u 90% tas-siti għall-għawm fi xmajjar u lagi kienu konformi mal-istandards minimi. Dan ir-rapport jiddeskrivi wkoll fejn jista' jinkiseb tagħrif dettaljat u aġġornat dwar siti għall-għawm.
Press Release It-trasport Ewropew qiegħed isir aktar ekoloġiku? Parzjalment. — Apr 27, 2010
Filwaqt li l-avvanzi teknoloġiċi qegħdin jipproduċu vetturi aktar nodfa, aktar u aktar passiġġieri u prodotti qegħdin jivjaġġaw distanzi itwal, biex b’hekk jiġu paċuti l-kisbiet fl-effiċjenza. Fuq il-bażi ta’ analiżi ta’ xejriet fit-tul, rapport ġdid tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (European Environment Agency - EEA) jitlob għal viżjoni ċara li tiddefinixxi s-sistema tat-trasport tal-Ewropa sal-2050 u linji politiċi konsistenti sabiex tinkiseb.
Press Release Il-Bijodiversità, it-Tibdil fil-Klima u Inti — Mar 24, 2010
Signals tal-EEA 2010: stejjer dwar in-nies u l-ambjent tagħhom
Press Release Il-kwalità tal-ilma għall-għawm fl-UE qed titjieb — Jun 11, 2009
Ir-rapport annwali dwar l-ilma għall-għawm li tressaq illum mill-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent jiżvela li l-maġġoranza l-kbira taż-żoni tal-għawm madwar l-Unjoni Ewropea fis-sena 2008 laħqu l-istandards tal-UE għall-iġjene. Matul l-istaġun tal-għawm, madwar 96 % taż-żoni kostali tal-għawm u 92 % taż-żoni tal-għawm fix-xmajjar u l-għadajjar kienu konformi mal-istandards minimi. Ir-rapport jipprovdi tagħrif siewi dwar il-kwalità tal-ilma għall-miljuni ta' persuni li jżuru x-xtajtiet Ewropej kull sajf.
Press Release Nixfa u abbuż ta’ l-ilma fl-Ewropa — Mar 17, 2009
Mill-kampijiet tal-golf sal-kotba, miż-żejt taż-żebbuġa sal-vaċċini, l-oġġetti u s-servizzi kollha li niddependu fuqhom, flimkien ma’ ħafna mill-attivitajiet tagħna ta’ kuljum, jeħtieġu riżorsi essenzjali: l-ilma. Rapport ġdid mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) jikkonferma li f’ħafna partijiet tal-Ewropa l-użu ta’ l-ilma mhuwiex sostenibbli u jipprovdi rakkomandazzjonijiet għal approwċ ġdid għall-immaniġġjar tar-riżorsi ta’ l-ilma.
Press Release L-UE ma jirnexxilhiex tikkontrolla l-emissjonijiet mit-trasport: meħtieġa titjib drammatiku u miri ċari — Mar 03, 2008
Is-settur tat-trasport fl-UE għandu japplika miżuri rigorużi biex jgħin lill-Ewropa tilħaq il-miri tagħha ta’ emissjoni tal-gassijiet b’effett serra, jgħid rapport ġdid ippubblikat mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.
Press Release Il-Ministri jridu jgħaqqdu l-forzi sabiex jiksbu ambjent b’saħħtu għar-reġjun pan-Ewropew — Oct 10, 2007
Il-politika ambjentali madwar ir-reġjun pan-Ewropew hija mfixkla minn lakuni fl-informazzjoni u fl-implimentazzjoni skond rapport ġdid ta’ l-Aġenzija Ewropea għall-Ambejt (EEA), maħruġ illum.
Press Release Tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-UE matul l-2005 — Jun 15, 2007
L-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (GHG) li jibdlu il-klima naqsu bejn l-2004 u l-2005, skond ir-rapport annwali ta’ inventarju tal-GHG tal-Komunità Ewropea mħejji mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA), f’Kopenħagen.
Press Release It-Trasport — mill ġdid fil qiegħ tal klassifika ta' Kyoto — Feb 26, 2007
L emissjonijiet tal gassijiet serra mit-trasport jibqgħu ostaklu ewlieni, iżda inevitabbli sabiex l UE tilħaq il miri tagħha ta' Kyoto dwar it-tibdil fil klima, skond rapport ġdid ta' l Aġenzija Ewropea għall Ambjent (EEA), maħruġ f'Kopenħagen illum.
Press Release Espansjoni urbana mingħajr kontroll – sfida ambjentali injorata fl-Ewropa — Nov 24, 2006
Tinħtieġ politika ta’ l-UE sabiex tmexxi ppjanar urban effettiv
Press Release L-Ewropa tħoss is-sħana filwaqt li l-bidla fil-klima tinsab fl-ewwel post fil-lista ta' l-isfidi ambjentali — Nov 29, 2005
Il-leġiżlaturi, in-negozjanti w individwi għandhom jaġixxu issa fuq firxa ta' kwistjonijiet ambjentali jew inkella jkollhom iħallsu prezz għoli aktar tard
Press Release Logħba tal-kompjuter b'xejn dwar l-ambjent f'26 lingwa — Aug 25, 2005
Dawk li jiddelettaw bil-logħob tal-kompjuter madwar l-Ewropea kollha issa jistgħu jilgħabu logħba tal-kompjuter u jitgħallmu dwar l-ambjent fl-istess ħin. L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent f'Kopenhagen nidiet il-logħba tal-kompjuter Honoloko f'26 lingwa. Il-logħba hija disponibbli għall-użu b'xejn fuq l-internet.
Document Actions
Kummenti dwar traduzzjonijiet
Jekk jogħġbok, għinna intejbu l-kwalita' tat-traduzzjonijiet.
Sign up now!
Get notifications on new reports and products. Currently we have 33704 subscribers. Frequency: 3-4 emails / month.
Notifications archive
Follow us
 
 
 
 
 

This page was translated by the Translation Centre for the Bodies of the European Union (CdT)

European Environment Agency (EEA)
Kongens Nytorv 6, 1050, Copenhagen K, Denmark.
Phone: +45 3336 7100