Personal tools

Notifiki
Irċievi notifiki dwar rapporti u prodotti ġodda. Frekwenza: 3-4 emails / xahar.
Abbonamenti
${inkiteb} biex tirċievi r-rapporti tagħna (stampati jew/u f’forma elettronika) u n-newsletter elettronika ta’ kull tliet xhur.
Segwina
Ikona ta’ Twitter Twitter
Ikona tal-Facebook Facebook
Ikona tal-YouTube Kanal tal-YouTube
Lowgo RSS Feeds tar-RSS
Iktar

Write to us Write to us

For the public:


For media and journalists:

Contact EEA staff
Contact the web team
FAQ

Call us Call us

Reception:

Phone: (+45) 33 36 71 00
Fax: (+45) 33 36 71 99


li jmiss
preċedenti
punti

Aqbeż għall-kontenut. | Aqbeż għal navigazzjoni

Sound and independent information
on the environment

You are here: Home / Artikoli / Artikoli

Artikoli

Biddel il-lingwa
Inħaddru l-ekonomija tagħna

Ħafna nies se jiftakru l-2011 bħala s-sena li fiha raw taqlib finanzjaru, id-diżastru tat-terremot-tsunami-nukleari fil-Ġappun, l-għoti ta’ garanziji finanzjarji lil xi pajjiżi fl-Ewropa, kif ukoll il-protesti tal-massa marbutin mar-Rebbiegħa Għarbija, il-moviment Occupy Wall Street u l-Indignados Spanjoli. Ftit biss se jiftakru li kienet anki s-sena li matulha x-xjenzati skoprew aktar minn 18 000 speċi ġdida li jgħixu fuq il-pjaneta tagħna. U hemm saħansitra inqas nies kapaċi jsemmu speċi waħda li ġiet iddikjarata estinta.

Aqra iktar

L-iskart fil-Groenlandja

Minn ibliet densament popolati sa villaġġi remoti, kull fejn ngħixu niġġeneraw l-iskart. Ikel żejjed, skart elettroniku, batteriji, karti, fliexken tal-plastik, ħwejjeġ, għamara antika — dawn kollha jridu jintremew. Uħud jispiċċaw jintużaw mill-ġdid jew jiġu rriċiklati; oħrajn jinħarqu għall-enerġija jew jintbagħtu f’miżbliet. Ma hemmx mod wieħed kif jiġi ġestit l-iskart, li jkun japplika għall-iskart kollu kullimkien. Il-mod kif nagħmlu dan irid jieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi lokali. Wara kollox, l-iskart jibda bħala problema lokali. Minħabba l-popolazzjoni sparsa, id-distanzi twal bejn il-villaġġi u n-nuqqas ta’ infrastrutturi tagħha, il-gvern tal-Groenlandja jindirizza l-problema tal-iskart tal-pajjiż bil-mod li ġej.

Aqra iktar

Xhud: it-tifel Chance

Xhud: it-tifel Chance

05 Jul 2011

Bisie hija l-akbar minjiera fiż-żona. Din tinsab madwar 90 kilometru ‘l ġewwa fil-qalba ta’ foresta densa u tilħaq il-100 metru taħt l-art. Il-minjieri ħafna drabi jkunu aktar minn sempliċi toqba fl-art. Għadd ta’ rġiel u subien ikunu ffullati f’kull minjiera u l-kundizzjonijiet ikunu ħżiena ħafna.

Aqra iktar

Ngħixu f’dinja interkonnessa

‘…il-piż assolut tal-aspirazzjonijiet u l-istili ta’ ħajja kkombinati ta’ 500 miljun persuna Ewropea huwa kbir wisq. Biex ma nsemmux ix-xewqat leġittimi ta’ ħafna biljuni oħrajn fuq il-pjaneta tagħna biex huma wkoll jgħixu dawk l-istili ta’ ħajja.... Jeħtieġ li nbiddlu l-imġiba tal‑konsumaturi Ewropej. Jeħtieġ li naħdmu fuq l-għarfien tan-nies u ninfluwenzaw id-drawwiet tagħhom.’ Janez Potočnik, Kummissarju tal-Unjoni Ewropea għall-Ambjent (Marzu 2010)

Aqra iktar

Is-Sena tal-Foresta: niċċelebraw il‑foresti għan-nies

1.6 biljun ruħ jiddependu fuq il-foresti għall-għajxien tagħhom. Il-foresti jospitaw 300 miljun ruħ madwar id-dinja kollha.

Aqra iktar

Sfidi kumplessi f’dinja interkonnessa

Waħda mill-konklużjonijiet prinċipali fir-rapport ewlieni tal-EEA, SOER 2010, tidher pjuttost ovvja: ‘l-isfidi ambjentali huma kumplessi u ma jistgħux jinftiehmu b’mod iżolat’.

Aqra iktar

Dinja urbana

Dinja urbana

05 Jul 2011

Kont taf? Belt taffettwa żona kbira madwar il-konfini tagħha. Pereżempju, huwa maħsub li Londra weħidha teħtieġ żona ta’ kważi 300 darba aktar mid-daqs ġeografiku tagħha biex tissodisfa d-domandi tagħha u biex tiddisponi mill-iskart u l-emissjonijiet tagħha. (SOER 2010)

Aqra iktar

Konsum b’mod insostenibbli

Messaġġ ewlieni: Raġuni ewlenija għaliex il-konsum jaffettwa lill‑ambjent b’mod negattiv u jikkawża użu eċċessiv tar-riżorsi hija minħabba li l-ispejjeż għas-soċjetà tad‑degradazzjoni ambjentali u tar‑riżorsi, mhumiex riflessi b’mod sħiħ fil-prezzijiet tal‑prodotti u s-servizzi. Ħafna prodotti huma rħas minkejja li qegħdin jagħmlu ħsara lill-ambjent, lill-ekosistemi jew lis-saħħa tal-bniedem. (SOER 2010)

Aqra iktar

Naqsmu r-rikkezzi tan-natura

Minn fost it-8.2 biljun tunnellata ta’ materjali kkonsmati fis-27 pajjiż tal-UE fl-2007, il-minerali kienu jammontaw għal 52 %, il-fjuwils fossili għal 23 %, il-bijomassa għal 21 % u l-metalli għal 4 %. (SOER 2010)

Aqra iktar

Is-saħħa fi klima li qiegħda tinbidel

F’Awwissu 2007, l-awtoritajiet tas-saħħa lokali fl-Italja osservaw numru kbir ta’ każijiet ta’ marda mhux tas-soltu f’Castiglione di Cervia u Castiglione di Ravenna, li huma żewġ villaġġi żgħar mifrudin minn xmara. Kienu affettwati kważi 200 ruħ u miet raġel anzjan wieħed (Angelini et al., 2007).

Aqra iktar

L-urban

L-urban

22 Mar 2010

Minn spazji urbani għal ekosistemi urbani

Aqra iktar

Il-baħar

Il-baħar

22 Mar 2010

Il-bijodiversità marina taħt pressjoni

Aqra iktar

L-Alpi

L-Alpi

22 Mar 2010

L-impatti tal-bidla fil-klima fl-Ewropa llum

Aqra iktar

It-tiżwiq tal-ħajja

It-tiżwiq tal-ħajja

22 Mar 2010

Il-bijodiversità – ‘l-ekosistema’ li hija s-sostenn tal-ħajja tagħna

Aqra iktar

Mhix kwistjoni ta’ arja sħuna biss - Id‑diplomazija globali u t‑tfittxija għal suċċessur tal‑Protokoll ta’ Kyoto

Kull xitwa il‑gradi tal‑famużi Ġonna ta’ Tivoli ta’ Kopenħagen, park ta’ divertiment dinji antik fil‑qalba tal‑belt, jinfetħu sabiex jimmarkaw uffiċjalment il‑bidu tal‑perjodu mtawwal tal‑Milied. Madankollu, f’Diċembru li ġej, huwa probabbli li d‑dwal iteptpu ta' Tivoli sejrin jiġu misbuqa mill‑COP 15 — l‑aktar laqgħa globali importanti dwar il‑bidla fil‑klima li qatt saret — hekk kif eluf ta’ diplomatiċi, politiċi, negozjanti, ambjentalisti u esperti dwar il‑klima minn madwar id‑dinja jinġabru fil‑kapitali Daniża.

Aqra iktar

L-ilma li nieklu — il-piż tqil tar-raba saqwi

L-agrikoltura timponi piż tqil li dejjem qed ikompli jikber fuq ir-riżorsi tal-ilma tal-Ewropa, li jfisser theddida ta’ nuqqas ta’ ilma u ħsara għall-ekosistemi. Biex jaslu għal użu sostenibbli tal-ilma, il-bdiewa għandhom jingħataw il-inċentivi ta’ prezzijiet, il-pariri u l-għajnuna xierqa.

Aqra iktar

Jekk jinxef il‑bir - Adattament għat‑tibdil fil‑klima u l‑ilma

'L‑ilma tagħna jinqata’ darba jew darbtejn fix‑xahar, xi kultant iktar’ jirrakkonta Barış Tekin mill‑appartament tiegħu f’Beşiktaş, distrett storiku f’Istanbul, fejn huwa jgħix ma’ martu u binthom. 'Aħna għandna madwar 50 litru ilma fil‑fliexken ġewwa l‑appartament għall‑ħasil u t‑tindif, għal dak li jista’ jinqala’. Jekk l‑ilma jkun ilu maqtugħ għal ħin tassew twil ħafna mmorru fil‑post ta’ missieri jew għand il‑ġenituri tal‑mara' ikompli Barış, professur tal‑ekonomija fl‑Università ta’ Marmara.

Aqra iktar

Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)
Kongens Nytorv 6
1050 Kopenħagen K
id-Danimarka
Telefown: +45 3336 7100