Artikoli
- Arabic (ar)
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- English (en)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Irish Gaelic (ga)
- Hungarian (hu)
- Icelandic (is)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Russian (ru)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Serbian (sr)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)
Xhud: it-tifel Chance
Jul 05, 2011Bisie hija l-akbar minjiera fiż-żona. Din tinsab madwar 90 kilometru ‘l ġewwa fil-qalba ta’ foresta densa u tilħaq il-100 metru taħt l-art. Il-minjieri ħafna drabi jkunu aktar minn sempliċi toqba fl-art. Għadd ta’ rġiel u subien ikunu ffullati f’kull minjiera u l-kundizzjonijiet ikunu ħżiena ħafna.
Ngħixu f’dinja interkonnessa
Jul 05, 2011‘…il-piż assolut tal-aspirazzjonijiet u l-istili ta’ ħajja kkombinati ta’ 500 miljun persuna Ewropea huwa kbir wisq. Biex ma nsemmux ix-xewqat leġittimi ta’ ħafna biljuni oħrajn fuq il-pjaneta tagħna biex huma wkoll jgħixu dawk l-istili ta’ ħajja.... Jeħtieġ li nbiddlu l-imġiba tal‑konsumaturi Ewropej. Jeħtieġ li naħdmu fuq l-għarfien tan-nies u ninfluwenzaw id-drawwiet tagħhom.’ Janez Potočnik, Kummissarju tal-Unjoni Ewropea għall-Ambjent (Marzu 2010)
Sfidi kumplessi f’dinja interkonnessa
Jul 05, 2011Waħda mill-konklużjonijiet prinċipali fir-rapport ewlieni tal-EEA, SOER 2010, tidher pjuttost ovvja: ‘l-isfidi ambjentali huma kumplessi u ma jistgħux jinftiehmu b’mod iżolat’.
1.6 biljun ruħ jiddependu fuq il-foresti għall-għajxien tagħhom. Il-foresti jospitaw 300 miljun ruħ madwar id-dinja kollha.
Dinja urbana
Jul 05, 2011Kont taf? Belt taffettwa żona kbira madwar il-konfini tagħha. Pereżempju, huwa maħsub li Londra weħidha teħtieġ żona ta’ kważi 300 darba aktar mid-daqs ġeografiku tagħha biex tissodisfa d-domandi tagħha u biex tiddisponi mill-iskart u l-emissjonijiet tagħha. (SOER 2010)
L-Isfida tat-Tniġġis
Jul 05, 2011Konsum b’mod insostenibbli
Jul 05, 2011Messaġġ ewlieni: Raġuni ewlenija għaliex il-konsum jaffettwa lill‑ambjent b’mod negattiv u jikkawża użu eċċessiv tar-riżorsi hija minħabba li l-ispejjeż għas-soċjetà tad‑degradazzjoni ambjentali u tar‑riżorsi, mhumiex riflessi b’mod sħiħ fil-prezzijiet tal‑prodotti u s-servizzi. Ħafna prodotti huma rħas minkejja li qegħdin jagħmlu ħsara lill-ambjent, lill-ekosistemi jew lis-saħħa tal-bniedem. (SOER 2010)
Naqsmu r-rikkezzi tan-natura
Jul 05, 2011Minn fost it-8.2 biljun tunnellata ta’ materjali kkonsmati fis-27 pajjiż tal-UE fl-2007, il-minerali kienu jammontaw għal 52 %, il-fjuwils fossili għal 23 %, il-bijomassa għal 21 % u l-metalli għal 4 %. (SOER 2010)
Is-saħħa fi klima li qiegħda tinbidel
Jul 05, 2011F’Awwissu 2007, l-awtoritajiet tas-saħħa lokali fl-Italja osservaw numru kbir ta’ każijiet ta’ marda mhux tas-soltu f’Castiglione di Cervia u Castiglione di Ravenna, li huma żewġ villaġġi żgħar mifrudin minn xmara. Kienu affettwati kważi 200 ruħ u miet raġel anzjan wieħed (Angelini et al., 2007).
Il-ħamrija — Ir-riżors minsi
Oct 22, 2010L- Artiku — Għaliex għandu jimpurtani mill-Artiku?
Mar 22, 2010It-tiżwiq tal-ħajja
Mar 22, 2010Il-bijodiversità – ‘l-ekosistema’ li hija s-sostenn tal-ħajja tagħna
Mhix kwistjoni ta’ arja sħuna biss - Id‑diplomazija globali u t‑tfittxija għal suċċessur tal‑Protokoll ta’ Kyoto
Oct 09, 2009Kull xitwa il‑gradi tal‑famużi Ġonna ta’ Tivoli ta’ Kopenħagen, park ta’ divertiment dinji antik fil‑qalba tal‑belt, jinfetħu sabiex jimmarkaw uffiċjalment il‑bidu tal‑perjodu mtawwal tal‑Milied. Madankollu, f’Diċembru li ġej, huwa probabbli li d‑dwal iteptpu ta' Tivoli sejrin jiġu misbuqa mill‑COP 15 — l‑aktar laqgħa globali importanti dwar il‑bidla fil‑klima li qatt saret — hekk kif eluf ta’ diplomatiċi, politiċi, negozjanti, ambjentalisti u esperti dwar il‑klima minn madwar id‑dinja jinġabru fil‑kapitali Daniża.
L-ilma li nieklu — il-piż tqil tar-raba saqwi
Apr 17, 2009L-agrikoltura timponi piż tqil li dejjem qed ikompli jikber fuq ir-riżorsi tal-ilma tal-Ewropa, li jfisser theddida ta’ nuqqas ta’ ilma u ħsara għall-ekosistemi. Biex jaslu għal użu sostenibbli tal-ilma, il-bdiewa għandhom jingħataw il-inċentivi ta’ prezzijiet, il-pariri u l-għajnuna xierqa.
'L‑ilma tagħna jinqata’ darba jew darbtejn fix‑xahar, xi kultant iktar’ jirrakkonta Barış Tekin mill‑appartament tiegħu f’Beşiktaş, distrett storiku f’Istanbul, fejn huwa jgħix ma’ martu u binthom. 'Aħna għandna madwar 50 litru ilma fil‑fliexken ġewwa l‑appartament għall‑ħasil u t‑tindif, għal dak li jista’ jinqala’. Jekk l‑ilma jkun ilu maqtugħ għal ħin tassew twil ħafna mmorru fil‑post ta’ missieri jew għand il‑ġenituri tal‑mara' ikompli Barış, professur tal‑ekonomija fl‑Università ta’ Marmara.
Bugħarwien qattiel u speċijiet eżotiċi oħra - Il‑bijodiversità tal‑Ewropa qed tgħib b’rata allarmanti
Apr 03, 2009Il‑ġardinaġġ huwa wieħed mill‑interessi tiegħek? Jekk iva u tgħix fl‑Ewropa ċentrali jew tat‑Tramuntana, il‑'bugħarwien qattiel' huwa probabbilment wieħed mill‑għedewwa personali tiegħek. Il‑bugħarwien, li jattakka mingħajr heda l‑pjanti tal‑ħwawar u l‑ħxejjex, jidher li huwa immuni kontra l‑miżuri ta’ kontroll.
Ħrafa ta’ sajjied Fil‑lejl tas‑6 ta’ Ottubru 1986 sajjieda tal‑awwisti mill‑belt żgħira ta’ Gilleleje, fit‑tramuntana ta’ Kopenħagen, li kienu qiegħdin jistadu fil‑Baħar ta’ Kattegat, sabu x‑xbieki tagħhom mimlijin sax‑xfar bl‑awwisti Norveġiżi. Ħafna mil‑annimali kienu mejtin jew qed imutu. Daqs nofshom kienu ta’ lewn stramb.

Document Actions
Share with others