You are here: Home Ikkuntattjana
Personal tools

Ikkuntattjana

Change language
Last modified: Jan 11, 2012

Write us Iktbilna

Għal talbiet għal informazzjoni mill-pubbliku;


Għall-mezzi tax-xandir u l-ġurnalisti:

Dwar il-websajt:

Ikkuntattja lill-impjegati tal-EEA:

Call us Ċemplilna

Reception:
Telefon:
(+45) 33 36 71 00
Faks: (+45) 33 36 71 99

Ċentru tal-Informazzjoni :
Ċempel lir-reception u staqsi għaċ-Ċentru tal-Informazzjoni.



 How to get here Żurna

Kongens Nytorv 6

L-Uffiċċju Prinċipali
(Kongens Nytorv 6)

Aġenzija Ewropea għall-Ambjent
(Kongens Nytorv 6)
1050 Kopenħagen K
Id-Danimarka
L-uffiċċju prinċipali huwa miftuħ għal żjarat personali:
Mit-Tnejn sal-Ħamis: 09:00-17:00
il-Ġimgħa: 09:00-16:00

Biex tara fejn tinsab l-EEA ara l-mappa

Trasport pubbliku

Mill-istazzjon Ċentrali ta' Kopenħagen (Hovedbanegården)
Il-karozzi tal-linja segwenti jmorru Kongens Nytorv:
1A (lejn Hellerup). Titlaq minn Tietgensbro, pont fuq il-parti ta' wara tal-istazzjoni. Hemm it-taraġ li jeħduk mill-pjattaformi sa fuq il-pont.
15 (lejn Østerbro/Ryparken). Titlaq mid-daħla li qigħedha faċċata ta' Berntorffsgade u Tivoli.

Il-vjaġġ idum madwar 15-il minuta. Għandek bżonn ta' biljett b'2 żoni li jista' jinkiseb mill-gabbana fl-istazzjon, mill-magni tal-biljetti jew  mingħand ix-xufier tax-xarabank. Għal pjan dettaljat tal-vjaġġ tista' tuża www.rejseplanen.dk.

Tista' wkoll timxi mill-istazzjoni ċentrali sal-Aġenzija billi ssegwi t-triq pedonali ewlenija. Din teħodlok bejn wieħed u ieħor 20 minuta.

Mill-ajruport permezz tal-Metro

Hemm Metro diretta mill- Ajruport ta' Kopenħagen sa Kongens Nytorv. Tista' ssib l-istazzjon tal-Metro fl-ajruport billi timxi dritt mill- ħruġ tal-bagalji sas-sala l-kbira f' terminal 3. tiksirx fuq il-lemin għat-taksis jew fuq ix-xellug għall-karozzi tal-linja jew l-isfel lejn il-ferroviji reġjonali. Kemm tibqa' sejjer dritt 'il quddiem u 'l fuq bit-taraġ jew bil-lift waqt li ssegwi s-sinjali tal-Metro. Il-ħin tal-vjaġġ sa Kongens Nytorv huwa ta' bejn wieħed u ieħor 15-il minuta. Il-ferroviji  jitilqu b' intervalli ta' ftit minuti. Għandek bżonn biljett ta' 3 żoni. Dan jista' jinxtara mill-magni tal-biljetti. Għal pjan dettaljat tal-vjaġġ tista' tuża www.rejseplanen.dk jew www.m.dk/en/welcome/route.htm.

Għal użu aktar frekwenti tat-trasport pubbliku ta' Kopenħagen, tista' tixtri biljett li jippermetti l-ivjaġġar multiplu (biljett ta' għaxar vjaġġi).

Mill-ajruport permezz ta' taksi
Il-vjaġġ jieħu madwar 25 minuta, bi prezz: bejn wieħed u ieħor DKK 200.00

Document Actions
Kummenti dwar traduzzjonijiet
Jekk jogħġbok, għinna intejbu l-kwalita' tat-traduzzjonijiet.
Sign up now!
Get notifications on new reports and products. Currently we have 33704 subscribers. Frequency: 3-4 emails / month.
Notifications archive
Follow us
 
 
 
 
 

This page was translated by the Translation Centre for the Bodies of the European Union (CdT)

European Environment Agency (EEA)
Kongens Nytorv 6, 1050, Copenhagen K, Denmark.
Phone: +45 3336 7100