Personal tools

sussegwenti
preċedenti
punti

Aqbeż għall-kontenut. | Aqbeż għall-navigazzjoni

Sound and independent information
on the environment

You are here: Home / Dwar l-EEA / Min aħna

Min aħna

Biddel il-lingwa
Immodifikat l-aħħar: Mar 16, 2012 02:11 PM
L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) hija aġenzija tal-Unjoni Ewropea. Xogħolna hu li nipprovdu informazzjoni tajba u indipendenti dwar l-ambjent. Aħna sors ewlieni ta' informazzjoni għal dawk involuti fl-iżvilupp, l-adozzjoni, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta' politika ambjentali, kif ukoll għall-pubbliku in ġenerali. Fil-preżent, l-EEA għandha 32 pajjiż membru.

Ir- regolament li jistabbilixxi l-EEA kien adottat mill-Unjoni Ewropea fl-1990. Dan daħal fis-seħħ lejn l-aħħar tal-1993 immedjatament wara li ttieħdet id-deċiżjoni li l-EEA tkun stabbilita f'Kopenħagen. Ix-xogħol beda kmieni fl-1994. Ir-regolament stabbilixxa wkoll in-netwerk Ewropew tal-Informazzjoni u l-Osservazzjoni tal-Ambjent (Eionet).

Il-mandat tal-EEA huwa:

  • Li tgħin lill-Komunità u lill-pajjiżi membri biex jagħmlu deċiżjonijiet infurmati dwar it-titjib tal-ambjent, l-integrazzjoni ta' kusiderazzjonijiet ambjentali f'linji politiċi ekonomiċi u biex jimxu lejn is-sostenibilità
  • Li tikkoordina n-netwerk Ewropew tal-Informazzjoni u l-Osservazzjoni tal-Ambjent ( Eionet)

Il-klijenti ewlenin huma l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea —  il-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill — u l-pajjiżi membri tagħna. Barra dan il-grupp ċentrali ta' atturi politiċi Ewropej, aħna nservu wkoll lil istituzzjonijiet Ewropej oħra bħall-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni.

Il-Komunità tan-negozju, il-qasam akkademiku, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u partijiet oħra tas-soċjetà ċivili huma wkoll utenti importanti tal-informazzjoni tagħna. Aħna nippruvaw niksbu komunikazzjoni f'żewġ direzzjonijiet mal-klijenti tagħna sabiex nidentifikaw sewwa l-bżonnijiet tagħhom għal informazjzoni, u niżguraw ruħna li l-informazzjoni pprovduta tinftiehem u tiġi aċċettata minnhom.

Ikkuntattjana għal aktar informazzjoni.

Dokument Azzjonijiet
Kummenti dwar traduzzjonijiet
Jekk jogħġbok għinna tiżdied il-kwalità tat-traduzzjonijiet.
Sign up issa!
Get notifiki dwar ir-rapporti u prodotti ġodda. Bħalissa għandna 58754 abbonati. Frekwenza: emails 3-4 / xahar.
Notifiki arkivju
Follow us
 
 
 
 
 
Ewropea għall-Ambjent Ambjent (EEA)
F'Kongens Nytorv 6
1050 Kopenħagen K
id-Danimarka
Telefon: +45 3336 7100