Min aħna
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- English (en)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Hungarian (hu)
- Icelandic (is)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)
Ir- regolament li jistabbilixxi l-EEA kien adottat mill-Unjoni Ewropea fl-1990. Dan daħal fis-seħħ lejn l-aħħar tal-1993 immedjatament wara li ttieħdet id-deċiżjoni li l-EEA tkun stabbilita f'Kopenħagen. Ix-xogħol beda kmieni fl-1994. Ir-regolament stabbilixxa wkoll in-netwerk Ewropew tal-Informazzjoni u l-Osservazzjoni tal-Ambjent (Eionet).
Il-mandat tal-EEA huwa:
- Li tgħin lill-Komunità u lill-pajjiżi membri biex jagħmlu deċiżjonijiet infurmati dwar it-titjib tal-ambjent, l-integrazzjoni ta' kusiderazzjonijiet ambjentali f'linji politiċi ekonomiċi u biex jimxu lejn is-sostenibilità
- Li tikkoordina n-netwerk Ewropew tal-Informazzjoni u l-Osservazzjoni tal-Ambjent ( Eionet)
Il-klijenti ewlenin huma l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — il-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill — u l-pajjiżi membri tagħna. Barra dan il-grupp ċentrali ta' atturi politiċi Ewropej, aħna nservu wkoll lil istituzzjonijiet Ewropej oħra bħall-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni.
Il-Komunità tan-negozju, il-qasam akkademiku, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u partijiet oħra tas-soċjetà ċivili huma wkoll utenti importanti tal-informazzjoni tagħna. Aħna nippruvaw niksbu komunikazzjoni f'żewġ direzzjonijiet mal-klijenti tagħna sabiex nidentifikaw sewwa l-bżonnijiet tagħhom għal informazjzoni, u niżguraw ruħna li l-informazzjoni pprovduta tinftiehem u tiġi aċċettata minnhom.
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn