Personal tools

sussegwenti
preċedenti
punti

Aqbeż għall-kontenut. | Aqbeż għall-navigazzjoni

Sound and independent information
on the environment

You are here: Home / Dwar l-EEA / X'nagħmlu

X'nagħmlu

Biddel il-lingwa
Immodifikat l-aħħar: Jan 11, 2012 05:11 PM
L-EEA tipprovdi firxa wiesgħa ta' valutazzjonijiet, li janalizzaw l-istat ta' u x-xejriet fl-ambjent, flimkien mal-pressjonijiet ikkawżati mill-forzi ekonomiċi u soċjali. L-EEA taħdem ukoll fuq l-iżvilupp tax-xenarju, l-evalwazzjoni tal-politika u l-assigurazzjoni tal-kwalità tad-dejta. Barra dan, l-EEA tikkoordina n-netwerk Ewropew tal-Informazzjoni u l-Osservazzjoni tal-Ambjent (Eionet).

L-istrateġija tal-EEA 2004-2008  hija allinjata mas-Sitt Programm ta' Azzjoni Ambjentali tal-Komunità Ewropea 2002-2012 (is-6 EAP). L-Aġenzija taħdem f'erba' oqsma tematiċi ewlenin:

  • li tiġi indirizzata l-bidla fil-klima,
  • li jiġi indirizzat it-telf tal-bijodiversità u li nifhmu l-bidla fl-ispazju,
  • il-protezzjoni tal-ħajja tal-bniedem u tal-kwalità tal-ħajja,
  • l-użu u l-immaniġġjar tar-riżorsi naturali u l-iskart.

L-EEA tikkoordina n-netwerk Ewropew tal-Informazzjoni u l-Osservazzjoni tal-Ambjent  (Eionet) li jipprovdi pariri u kontributi dwar l-indikaturi, il-flussi ta' dejta u l-ġbir effiċjenti tal-informazzjoni.  L-EEA tiġbor u tanalizza dejta dwar l-ambjent mingħand il-pajjiżi membri tagħha, l- imsieħba tal-UEl-organizzazzjonijiet internazzjonali. L-iżvilupp ta' sistema ta' skambju ta' informazzjoni dwar l-ambjent (SEIS)se tkun fil-qalba tal-istrateġija tal-EEA li jmiss għall-2009-2013.

Prodotti tal-EEA jinkludu rapporti ta' 5 snin dwar l-istat tal-ambjent, rapporti tekniċi u tematiċi, aġġornamenti, punti ewlenin u servizzi ta' informazzjoni fuq il-web, multimedja u prodotti interattivi fl-edukazzjoni ibbażati fuq il-web. Is- servizzi tagħna jinkludu parir espert lil min ifassal il-politika, konferenzi u żjarat, sistemi ta' informazzjoni, netwerks u servizzi ta' komunikazzjoni għall-pubbliku.

Niżżel l-Istrateġija tal-EEA għall-2009-2013, l-Istrateġija ta' Komunikazzjoni tal-EEA u l-Pjan Annwali ta' Ġestjoni.

Dokument Azzjonijiet
Kummenti dwar traduzzjonijiet
Jekk jogħġbok għinna tiżdied il-kwalità tat-traduzzjonijiet.
Sign up issa!
Get notifiki dwar ir-rapporti u prodotti ġodda. Bħalissa għandna 56557 abbonati. Frekwenza: emails 3-4 / xahar.
Notifiki arkivju
Follow us
 
 
 
 
 
Ewropea għall-Ambjent Ambjent (EEA)
F'Kongens Nytorv 6
1050 Kopenħagen K
id-Danimarka
Telefon: +45 3336 7100