Imsieħba tal-Unjoni Eworpea
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- English (en)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Hungarian (hu)
- Icelandic (is)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)
Koperazzjoni mal-istituzzjonijiet tal-UE
Il-Kummissjoni Ewropea
L-interazzjoni tal-EEA mal-Kummissjoni Ewropea trid tiġi assigurata fil-punti eżatti fiċ-ċiklu tat-tfassil tal-politika. Din hija ffaċilitata b'xejra akbar lejn l-ipprogrammar ta' xogħol multi-annwali fil-Kummissjoni u fl-Aġenzija. Din toffri l-opportunità għal aktar qbil bejn l- Istrateġija tal-EEA u l-Pjan ta' Ġestjoni Annwali (AMP) tagħha u l-Istrateġija għal Politika Annwali tal-Kummissjoni (APS) u l-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni (CWP).
Id-Direttorat Ġenerali (DĠ) għall-Ambjent (DĠ ENV) huwa l-kontroparti ewlieni tal-EEA fil-Kummissjoni Ewropea u jipprovdi kontribut fl-elaborazzjoni tal-Pjan ta' Ġestjoni Annwali tal-EEA.
Fi ħdan l-hekk imsejjaħ "Grupp ta' Erba'", l-EEA, id-DĠ ENV, l- Istitut għall-Ambjent u s-Sostenibilità taċ-Ċentru għar-Riċerka Konġunta u l-Eurostatqablu fuq tqassim ta' kompiti fir-rappurtaġġ ambjentali.
Kif il-kunsiderazzjonijiet ambjentali qed ikunu integrati aktar u aktar f'politiki settorjali, l-EEA tikkopera wkoll ma' Direttorati Ġenerali oħra tal-Kummissjoni Ewropea, bħad-DĠs tat-Trasport u l-Enerġija, tar-Riċerka, ta' l-Agrikoltura u tal-Politika Reġjonali.
Il-Parlament Ewropew
L-EEA tappoġġja lill-Parlament Ewropew b'aġġornamenti, workshops, laqgħat informali u, fuq talba, billi tipparteċipa f'seduti. Koperazzjoni partikolari sseħħ mal- Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sigurtà fl-Ikel u mal- Kumitat Temporanju dwar il-Bidla fil-Klima. L-EEA taħdem ukoll mill-qrib ma' ħafna mid- 19-il Kumitat ieħor, bħall-Kumitati għat-Trasport u t-Turiżmu, għall-Agrikultura u l-Iżvilupp Rurali u dak għall-Iżvilupp Rurali.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropeahuwa l-korp ewlieni tal-Unjoni Ewropea li jieħu d-deċiżjonijiet. Id-Direttur Eżekuttiv tal-EEA huwa mistieden regolarment sabiex jattendi l-laqgħat informali tal-ministri tal-ambjent. F'xi eċċezzjonijiet, il-Profw. McGlade jipparteċipa wkoll f'laqgħat informali fuq oqsma politiċi oħra, bħal fuq il-koeżjoni territorjali taħt il-Presidenza Portugiża lejn l-aħħar tal-2007. Barra dan, l-EEA tappoġġja l-attivitajiet ambjentali tal-Presidenzi rotanti tal-UE billi pereżempju tipprepara rapporti jew torganizza workshops u seminars meta tkun mitluba.
Il-korpi konsultattivi tal-UE
L-EEA taħdem flimkien mal-korpi konsultattivi tal-UE, jiġifieri il- Kumitat tar-Reġjuni u l- Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, fuq talba tagħhom. Dan jinkludi parteċipazzjoni f'konferenzi, kontribut għar-rapporteurs tagħhom u kuntatti informali.
Aġenziji tal-Komunità
L-EEA hija waħda mill- Aġenziji tal-Komunità li ġew imwaqqfa sabiex iwettqu kompiti tekniċi, xjentifiċi jew maniġerjali speċifiċi.
In-Netwerk tal-Kapijiet tal-Aġenziji Ewropej ġie mwaqqaf sabiex jikkoordina kwistjonijiet ta' interess komuni. Dan jipprovdi forum għall-iskambju ta' informazzjoni u diskussjoni fuq temi u kwistjonijiet amministrattivi u maniġerjali komuni. Ġeneralment dan jiltaqa' tliet darbiet fis-sena.
Dokument Azzjonijiet
Jaqsmu ma 'oħrajn