Personal tools

sussegwenti
preċedenti
punti

Aqbeż għall-kontenut. | Aqbeż għall-navigazzjoni

Sound and independent information
on the environment

You are here: Home / Dwar l-EEA / Kooperazzjoni internazzjonali

Kooperazzjoni internazzjonali

Biddel il-lingwa
Immodifikat l-aħħar: Aug 31, 2011 04:00 PM
Ħafna kwistjonijiet ambjentali huma ta' natura transkonfinali u jistgħu jkollhom firxa globali. Jitgħu jkunu indirizzati b'mod effettiv permezz tal-kooperazzjoni internazzjonali biss. Il-kwistjonijiet b'relevanza globali ta' prijorità għall-EEA huma l-bidla fil-klima, it-tniġġis tal-arja, il-produzzjoni u l-konsum sostenibbli, il-bijodiversità, is-saħħa u l-ambjent u s-sistema ta' informazzjoni ambjentali kondiviża.

Barra it- 32 membru tagħha u seba' pajjiżi li jikkooperaw, (il-Balkani tal-Punent), l-EEA tikoopera wkoll u trawwem sħubijiet mal-ġirien tagħha u ma' pajjiżi u reġjuni oħra fil-kuntest tal- Politika tal-UE dwar il-Pajjiżi Ġirien.

Il-lista t'hawn taħt hija għażla ta' inizjattivi ta' kooperazzjoni u sħubija tal-EEA mar-reġjuni u l-organizzazzjonijiet internazzjonali.

 

Kooperazzjoni reġjonali

Pajjiżi ġirien tal-UE u l-ġirien tagħhom

  • Ġirien tal-lvant il-Belarus, il-Moldova, l-Ukrajna, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Ġeorġja u r-Russja
  • Il-ġirien tan-nofsinhar (ir-reġjun tal-Mediterran):  l-Alġerija, l-Eġittu, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Lebanon, il-Libja, il-Marokk, l-Awtorità Palestinjana, is-Sirja, it-Tuneżija
  • L-Ażja Ċentrali: Il-Każakastan, il-Kirgistan, it-Taġikistan, it-Turkmenistan, l-Użbekistan


Il-Proġett tal-Viċinat Ewropew
Bħala parti mill-attivitajiet ta’ kooperazzjoni reġjonali, matul il-perjodu 2010-2014, l-EEA qiegħda timplimenta l-proġett ENPI-SEIS bl-għan ġenerali li tippromwovi l-protezzjoni tal-ambjent fil-pajjiżi taż-żona tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija (ENPI) (6 pajjiżi tal-Lvant tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (ENP) flimkien mal-Federazzjoni Russa u 9 pajjiżi tan-Nofsinhar tal-ENP). Waħda mill-miri speċifiċi tal-proġett huwa li jtejjeb il-monitoraġġ ambjentali, il-kondiviżjoni tad-dejta u l-informazzjoni billi gradwalment jestendi l-prinċipji tas-SEIS (Sistema dwar l-Informazzjoni Ambjentali Kondiviża) għall-viċinat Ewropew.


Id-dinja fuq skala ikbar

 

Kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali

F'livell globali

F'livell reġjonali

Dokument Azzjonijiet
Kummenti dwar traduzzjonijiet
Jekk jogħġbok għinna tiżdied il-kwalità tat-traduzzjonijiet.
Sign up issa!
Get notifiki dwar ir-rapporti u prodotti ġodda. Bħalissa għandna 58219 abbonati. Frekwenza: emails 3-4 / xahar.
Notifiki arkivju
Follow us
 
 
 
 
 
Ewropea għall-Ambjent Ambjent (EEA)
F'Kongens Nytorv 6
1050 Kopenħagen K
id-Danimarka
Telefon: +45 3336 7100