Personal tools

sussegwenti
preċedenti
punti

Aqbeż għall-kontenut. | Aqbeż għall-navigazzjoni

Sound and independent information
on the environment

You are here: Home / Dwar l-EEA / Governanza

Governanza

Biddel il-lingwa
Immodifikat l-aħħar: Apr 04, 2012 02:47 PM
L-EEA hija ggvernata b'Bord u Bureau ta' Tmexxija, b'Kumitat Xjentifiku b'kapaċità li jagħti l-pariri. Id-Direttur Eżekuttiv huwa responsabbli lejn il-bord tat-tmexxija għall-implimentazzjoni tal-programmi u għat-tmexxija ta' kuljum tal-EEA.

EEA governance
Il-Bord ta' Tmexxija

Il-Bord ta' Tmexxija tal-EEA jikkonsisti f'rappreżentant minn kull pajjiż membru, żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni u żewġ personalitajiet xjentifiċi innominati mill-Parlament Ewropew. Fost il-kompiti tiegħu, il-Bord ta' Tmexxija jadotta l-programm ta' ħidma multi-annwali, il-programmi ta' ħidma annwali u r-rapporti annwali, japponta d-Direttur Eżekuttiv u jinnomina l-membri tal-kumitat xjentifiku. 

Bureau

Il-Bureau huwa kompost mill-President, sa ħames viċi-presidenti, rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni u wieħed mill-membri nnominati mill-Parlament Ewropew. Il-Bureau huwa ntitolat jieħu deċiżjonijiet eżekuttivi, neċessarji għall-operazzjoni effettiva tal-Aġenzija bejn il-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija.

Id-Direttur Eżekuttiv

Id-Direttur Eżekuttiv huwa responsabbli lejn il-bord tat-tmexxija għall-implimentazzjoni tal-programmi u għat-tmexxija ta' kuljum tal-EEA.

Il-Kumitat Xjentifiku

Il-Kumitat Xjentifiku jagħti pariri lill-Bord ta' Tmexxija u lid-Direttur Eżekuttiv.  Dan għandu tliet kompiti ewlenin:

  • Li jagħti opinjoni dwar il-programmi ta' ħidma multi-annwali u annwali tal-EEA;
  • Li jagħti opinjoni lid-Direttur Eżekuttiv għall-fini ta' reklutaġġ tal-impjegati xjentifiċi tal-Aġenzija;
  • Li jagħti parir u/jew opinjoni dwar kull materja xjentifika li tikkonċerna l-attività tal-Aġenzija, li l-bord ta' tmexxija jew id-Direttur Eżekuttiv jkunu għaddewlu.

 

Dokument Azzjonijiet

Comments

Kummenti dwar traduzzjonijiet
Jekk jogħġbok għinna tiżdied il-kwalità tat-traduzzjonijiet.
Sign up issa!
Get notifiki dwar ir-rapporti u prodotti ġodda. Bħalissa għandna 60546 abbonati. Frekwenza: emails 3-4 / xahar.
Notifiki arkivju
Follow us
 
 
 
 
 
Ewropea għall-Ambjent Ambjent (EEA)
F'Kongens Nytorv 6
1050 Kopenħagen K
id-Danimarka
Telefon: +45 3336 7100