Il-Pajjiżi u l-Eionet
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- English (en)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Hungarian (hu)
- Icelandic (is)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)
Il-pajjiżi membri u li jikkooperaw
It- 32 pajjiż membruu nbsp; jinkludu s-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-Iżlanda, Liechtenstein, in-Norveġja, l-Iżvizzera u t-Turkija.
Is-seba’ pajjiżi tal-Balkani tal-Punent huma pajjiżi li jikkooperaw: l-Albanija, il-Bosnja- Ħerzegovina, il-Kroazja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, is-Serbja kif ukoll il-Kosovo skont ir-Riżoluzzjoni 1244/99 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. Dawn l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni huma integrati f’Eionet u huma appoġġati mill-Unjoni Ewropea permezz tal-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni.
L-EEA tinvolvi ruħha wkoll f’kooperazzjoni internazzjonali estensiva ’lil hinn mill-pajjiżi membri tagħha stess.
Ikklikkja fuq il-mappa sabiex tkabbar il-veduta
In-netwerk Ewropew tal-Informazzjoni u l-Osservazzjoni tal-Ambjent (Eionet).
In-netwerk Ewropew tal-Informazzjoni u l-Osservazzjoni tal-ambjent (Eionet) huwa netwerk ta' sħubija tal-EEA u l-pajjiżi membri tagħha u li jikkooperaw magħha. L-EEA hija responsabbli għall-iżvilupp tan-netwerk u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet tiegħu. Sabiex jiġi mwettaq dan, l-EEA taħdem mill-qrib mal-Punti Fokali Nazzjonali (NFPs), li ħafna drabi huma l-aġenziji nazzjonali għall-ambjent jew il-ministeri għall-ambjent fil-pajjiżi membri.
L-NFPs huma responsabbli għall-koordinazzjoni tan-netwerks taċ-Ċentri ta’ Referenza Nazzjonali (NRCs), li jlaqqgħu flimkien madwar 1000 espert minn aktar minn 350 istituzzjoni nazzjonali u korpi oħrajn li jitrattaw tagħrif ambjentali.
Minbarra NFPs u NRCs, attwalment Eionet ikopri sitt Ċentri Topiċi Ewropej (ETCs) fl-oqsma tal-arja u t-tibdil fil-klima, id-diversità bioloġika, l-impatti tat-tibdil fil-klima, il-vulnerabbiltà u l-addattament, l-ilma, l-użu tal-art u informazzjoni u analiżi spazjali u l-konsum u l-produzzjoni sostennibbli.
Aktar informazzjoni:
Netwerks oħra
L-EEA tieħu sehem f'netwerks oħra fil-qasam ambjentali, per eżempju
-
in-netwerk tal-kapijiet tal-Aġenziji għall-Protezzjoni tal-Ambjent fl-Ewropa (in-Netwerk EPA)
-
in-netwerk tal-Aġenziji tal-Komunità Ewropea ,
-
netwerks varji fil-qasam akkademiku, ir-riċerka u l-komunità xjentifika.
Dokument Azzjonijiet
Jaqsmu ma 'oħrajn