You are here: Home Dwar l-EEA Il-Pajjiżi u l-Eionet
Personal tools

Il-Pajjiżi u l-Eionet

Change language
Last modified: Jan 16, 2012
L-EEA issa għandha 32 pajjiż membru u sitt pajjiżi li jikooperaw. In-netwerk Ewropew tal-Informazzjoni u l-Osservazzjoni tal-ambjent (Eionet) huwa netwerk ta' sħubija tal-EEA u l-pajjiżi. L-EEA hija responsabbli għall-iżvilupp tan-netwerk u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet tiegħu. Sabiex jiġi mwettaq dan, l-EEA taħdem mill-viċin mal-punti fokali nazzjonali, li ħafna drabi huma l-aġenziji nazzjonali għall-ambjent jew il-ministeri għall-ambjent. Dawn huma responsabbli għall-koordinazzjoni tan-netwerks nazzjonali li jinvolvu ħafna istituzzjonijiet (madwar 300 b'kollox).

Il-pajjiżi membri u li jikkooperaw

It- 32 pajjiż membruu nbsp; jinkludu s-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-Iżlanda, Liechtenstein, in-Norveġja, l-Iżvizzera u t-Turkija.

Is-sitt pajjiżi fil-Punent tal-Balkani huma pajjiżi li jikkooperaw: l-Albanija, il-Bożnija u l-Ħerżegovina, il-Kroazja, l-Ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja. Dawn l-attivitajiet ta' kooperazzjoni huma integrati fl-Eionet u jappoġġjaw l-attivitajiet tal-Kummissjoni għall-Proċess ta' Stabilità u Assoċjazzjoni tal-pajjiżi fil-Punent tal-Balkani.

L-EEA taħdem ukoll b'mod estensiv f'kooperazzjoni internazzjonali  lil hinn mill-pajjiżi membri tagħha stess.

EEA Member Countries Ikklikkja fuq il-mappa sabiex tkabbar il-veduta


In-netwerk Ewropew tal-Informazzjoni u l-Osservazzjoni tal-Ambjent (Eionet).

In-netwerk Ewropew tal-Informazzjoni u l-Osservazzjoni tal-ambjent (Eionet) huwa netwerk ta' sħubija tal-EEA u l-pajjiżi membri tagħha u li jikkooperaw magħha. L-EEA hija responsabbli għall-iżvilupp tan-netwerk u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet tiegħu. Sabiex jiġi mwettaq dan, l-EEA taħdem mill-qrib mal-Punti Fokali Nazzjonali (NFPs), li ħafna drabi huma l-aġenziji nazzjonali għall-ambjent jew il-ministeri għall-ambjent fil-pajjiżi membri.

L-NFPs huma responsabbli sabiex jikkoordinaw in-netwerks taċ-Ċentri Nazzjonali ta' Referenza (NRCs), li jiġbru flimkien madwar 900 espert minn aktar minn 300 istituzzjoni nazzjonali u korpi oħra li jittrattaw informazzjoni ambjentali.

Aparti l-NFPs u l-NRCs, l-Eionet preżentement tkopri ħames Ċentri Topiċi Ewropej (ETCs) fl-oqsma tal-ilma, l-arja u t-tibdil fil-klima, id-diversità bijoloġika, l-immaniġġjar tar-riżorsi u l-iskart, l-użu tal-ilma u tal-art, u l-informazzjoni dwar l-ispazju.

Aktar informazzjoni:

Netwerks oħra

L-EEA tieħu sehem f'netwerks oħra fil-qasam ambjentali, per eżempju

Document Actions
Kummenti dwar traduzzjonijiet
Jekk jogħġbok, għinna intejbu l-kwalita' tat-traduzzjonijiet.
Sign up now!
Get notifications on new reports and products. Currently we have 33704 subscribers. Frequency: 3-4 emails / month.
Notifications archive
Follow us
 
 
 
 
 

This page was translated by the Translation Centre for the Bodies of the European Union (CdT)

European Environment Agency (EEA)
Kongens Nytorv 6, 1050, Copenhagen K, Denmark.
Phone: +45 3336 7100