European Environment Agency
X'hemm ġdid
It-trasport fl-Ewropa huwa responsabbli mil-livelli dannużi ta’ pollutanti fl-arja u kwart tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-UE. Ħafna mill-problemi ambjentali li jirriżultaw jistgħu jiġu indirizzati billi jiġu intensifikati l-isforzi biex jintlaħqu miri ġodda tal-UE, skont l-aħħar rapport mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA).
It-tibdil fi-klima qiegħed jaffettwa r-reġjuni kollha fl-Ewropa, u jikkawża firxa wiesgħa ta’ impatti fuq is-soċjetà u fuq l-ambjent. Huma mistennija aktar impatti fil-ġejjieni, li ser jikkawżaw potenzjalment spejjeż kbar ta’ ħsara, skont l-aħħar valutazzjoni ppubblikata llum mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.
L-Ambjent: ħafna Ewropej għadhom esposti għal sustanzi li jniġġsu l-arja u li huma ta’ ħsara
Sep 24, 2012Kważi terz tal-abitanti urbani tal-Ewropa huma esposti għal konċentrazzjonijiet eċċessivi ta’ materja partikulata (particulate matter (PM)) fl-arja. Il-materja partikulata hija fost l-aktar sustanzi niġġiesa importanti f’termini ta’ ħsara għas-saħħa, għaliex tippenetra fil-partijiet sensittivi tas-sistema respiratorja. Matul l-aħħar deċennji, l-UE għamlet progress fit-tnaqqis ta' sustanzi li jniġġsu l-arja li jikkawżaw aċidifikazzjoni, iżda rapport ġdid ippubblikat illum mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) juri li ħafna partijiet mill-Ewropa għandhom problemi persistenti ta’ konċentrazzjonijiet ta’ PM u ożonu troposferiku fl-arja ta' barra.
Għandna aħbar tajba għalik jekk qed tippjana li tmur vaganza f’xi bajja fl-Ewropa dan is-sajf: 92.1 % tal-ilmijiet għall-għawm fl-Unjoni Ewropea issa jilħqu l-istandards minimi tal-kwalità tal-ilma stabbiliti fid-Direttiva dwar l-ilma ghall-ghawm. Dawn jinkludu l-lag imsejjaħ “Serpentine Lake” f’Londra, li se jospita bosta avvenimenti tal-Olimpijadi, inklużi l-Maratona tal-Għawm f’ilmijiet miftuħin u t-taqsima tal-għawm tat-triatlon.
Illum sejrin jiltaqgħu l-Ministri f’Astana, il-Kazakastan, sabiex jiddiskutu kwistjonijiet dwar l-ilma u t-tħaddir tal-ekonomija waqt is-seba’ Konferenza Ministerjali msejħa ‘L-Ambjent għall-Ewropa’, li sejra ssir bejn il-21 u t-23 ta’ Settembru 2011. Bil-għan li tappoġġa l-Konferenza, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) qiegħda tniedi rapport innovattiv ta’ Valutazzjoni tal-Valutazzjonijiet, li jirrakkomanda modi kif l-informazzjoni ambjentali u t-tfassil tal-politika jistgħu jkunu allinjati aktar mill-qrib.
Il-kwalità tal-ilma għall-għawm madwar l-Ewropa naqset xi ftit bejn l-2009 u l-2010, iżda l-kwalità ġenerali kienet għadha għolja. Aktar minn disa’ siti għall-għawm minn fost 10, issa jilħqu r-rekwiżiti minimi.
L-Ambjent: Mapep ġodda jagħtu lill-Ewropej stampa mill-qrib tat-tniġġis tal-arja minn sorsi mxerrda
May 26, 2011Ir-reġistru tal-Ewropa kollha għandu l-għan li jgħin lill-Ewropej jimpenjaw ruħhom b'mod attiv f'deċiżjonijiet li jaffettwaw l-ambjent. Mapep ġodda onlajn li ġew ippubblikati llum mill-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, b'kooperazzjoni mill-qrib maċ-Ċentru Konġunt Għar-Riċerka, is-servizz xjentifiku intern tal-Kummissjoni, jippermettu għall-ewwel darba liċ-ċittadini biex jidentifikaw is-sorsi mxerrda ewlenin tat-tniġġis tal-arja, bħat-trasport u l-avjazzjoni. Il-ġabra ġdida ta' 32 mappa turi l-postijiet fejn qed jiġu rrilaxxati ċerti sustanzi niġġiesa bħall-ossidi tan-nitroġenu u l-materja partikulata. Din il-ġabra tikkomplementa d-dejta eżistenti dwar l-emissjonijiet minn impjanti industrijali individwali mir-Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta' Inkwinanti (PRTR Ewropew).
L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) illum ħarġet ir-raba’ rapport tagħha dwar l-Istat tal-Ambjent u Ħarsa Ġenerali lejn l-Ambjent — SOER2010 — valutazzjoni komprensiva dwar kif u għaliex l-ambjent Ewropew qed jinbidel, u x’qed nagħmlu dwar dan. L-SOER 2010 jikkonkludi li approċċ integrat b’mod sħiħ biex l-Ewropa tiġi trasformata f’ekonomija ħadra b’riżorsi effiċjenti jista’ mhux biss jirriżulta f’ambjent tajjeb għas-saħħa, iżda jista’ jsaħħaħ ukoll il-prosperità u l-koeżjoni soċjali.
Dehru l-artikolu
Bit-tkabbir fil-popolazzjoni, l-urbanizzazzjoni u l-iżvilupp ekonomiku, id-domanda għall-ilma ħelu f’żoni urbani qiegħda tiżdied fl-Ewropa. Fl-istess ħin, it-tibdil fil-klima u t-tniġġis qegħdin ...