li jmiss
preċedenti
punti

Xenarji u studji li jħarsu 'l quddiem - il-kuntest politiku

Biddel il-lingwa
Page Mibdul l-aħħar 07 May 2021
This page was archived on 24 Feb 2017 with reason: Other (No more updates will be done. Content about the environmental scenarios can now be found under the topic "Sustainability transitions")
It-tħassib għall-ġenerazzjonijiet futuri huwa prerekwiżit importanti għall-politiki ta' żvilupp sostenibbli fil-livelli globali, Ewropej, nazzjonali u lokali. L-għanijiet ta' politika fit-tul huma fil-qalba ta' ħafna konvenzjonijiet u protokolli internazzjonali li jindirizzaw il-problemi tal-bidla fl-ambjent globali. L-għanijiet ta' politika fit-tul huma wkoll il-bażi tal-linji politiċi ambjentali ewlenin tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha. Ix-xenarji jappoġġaw l-ippjanar u t-teħid tad-deċiżjonijiet b'mod strateġiku, u jistgħu jgħinu sabiex jiġu ttestjati l-implikazzjonijiet u s-sodezza ta' linji politiċi differenti. Bl-istess importanza, dawn jippermettu l-parteċipazzjoni profonda tal-partijiet interessati, jippermettu r-rappreżentazzjoni ta' opinjonijiet kunfliġġenti u l-fehmiet madwar id-dinja.

Il-livell globali

Il-governanza ambjentali tibbenefika minn xibka densa ta' ftehimiet u istituzzjonijiet internazzjonali. L-aktar oqfsa ta' politika ambjentali prominenti fit-tul huma il- Konvenzjoni Qafas tal-Ġnus Magħquda dwar il-Bidla fil-Klima (UNFCCC), il-Konvenzjoni dwar il-Biodiversità u l-Miri tal-Iżvilupp għall-Millennju. L-objettivi fuq medda ta' żmien medju jew twil li fuqhom huma bbażati diversi konvenzjonijiet ambjentali internazzjonali, per eżempju l-Konvenzjoni ta' Vjenna għall-Protezzjoni tas-Saff tal-Ożonu u l-Protokoll ta' Montreal tagħha dwar is-Sustanzi li jagħmlu ħsara lis-Saff tal-Ożonu u l-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar il-Pollutanti Organiċi Persistenti (POPs).

 

Il-livell Ewropew

L- Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għall-Iżvilupp Sostenibbli  (SDS) tistabbilixxi pjan sabiex titratta b'mod konsistenti seba' sfidi b'terminu nofsani jew twil ta' żvilupp sostenibbli, bħall-bidla fil-klima, l-eneġija nadifa u t-trasport sostenibbli u l-konsum u l-produzzjoni sostenibbli. Numru ta' direttivi Ewropej espliċitament isegwu objettivi fit-tul, speċjalment fil-qasam tal-politika dwar il-bidla fil-klima u l-enerġija. Żviluppi simili jistgħu jiġu osservati fl-Istati Membri tal-UE - ħafna għandhom programmi istituzzjonalizzati li jipprevedu l-bżonnijiet futuri fi ħdan l-amministrazzjonijiet nazzjonali tagħhom.

L-ippjanar fit-tul huwa anqas avvanzat fix-Xlokk tal-Ewropa u l-pajjiżi fil-Lvant tal-Ewropa, l-Kawkasu u l-Ażja Ċentrali, fejn l-attenzjoni hija aktar fuq ir-riforma tal-linji politiċi, liġijiet u regolamenti ambjentali u fuq it-tisħiħ tal-konformità. Madankollu, jinsabu għaddejjin inizjattivi, sabiex jgħinu biex jiġu evitati kunflitti madwar ir-riżorsi naturali skarsi kif ukoll biex jappoġġjaw l-użu sostenibbli globali tar-riżorsi naturali (ara l-eżempji oprovduti fil- ħarsa ġenerali tal-istudji li jħarsu 'l quddiem).

 

Permalinks

Dokument ta’ Azzjonijiet