li jmiss
preċedenti
punti

Kuntest politiku

Page Mibdul l-aħħar 22 Feb 2017
This page was archived on 22 Feb 2017 with reason: Other (No more updates will be done. Content about the urban environment can now be found under the topic "Sustainability transitions")
L-iżvilupp sostenibbli urban jidher b'mod prominenti fil-politiki tal-UE dwar l-ambjent, l-iżvilupp reġjonali, is-saħħa u t-trasport. Il-Leġiżlazzjoni bħad-direttivi dwar il-kwalità tal-arja u l-istorbju ambjentali, huma mmirati wkoll lejn l-ibliet. Permezz tal-linji politiċi tagħha, l-UE għandha l-għan li ssaħħaħ ir-responsabilitajiet tal-ibliet fuq il-bażi tas-sussidjarjetà, li teħtieġ li l-kwistjonijiet ikunu trattati mill-iktar livell kompetenti baxx. Madankollu, il-livelli lokali u Ewropej qed jintisġu aktar flimkien, bl-istess mod bħall-kwistjonijiet ambjentali, soċjali u ekonomiċi. Għalhekk, il-politika urbana futura tal-Ewropa trid issib mezzi għall-imaniġġjar aktar integrat u effettiv bejn id-diversi livelli ta' politika.

Wara l-proċess mill- Green Paper dwar l-Ambjent Urban (1990), l-UE adottat l- Istrateġija Tematika dwar l-Ambjent Urban fl-2006. Din għandha l-għan li timplimenta aħjar il-politiki ambjentali eżistenti tal-UE u l-leġiżlazzjoni fil-livell lokali permezz tal-iskambju tal-esperjenza u l-prattika tajba bejn l-awtoritajiet lokali tal-Ewropa. Il-gwida fuq l-immaniġġjar integrat ambjentali u l-ippjanar tat-trasport urban sostenibbli huma parti minn din.

Miżuri addizzjonali huma marbuta mal-implimentazzjoni tad-Direttivi tal-UE dwar il-Kwalità tal-Arja Ambjentali u dwar l-Istorbju Ambjentali. Il- Green Paper lejn kultura ġdida għall-mobilità urbana (2007) tiftaħ dibattitu dwar kultura ġdida tat-trasport urban iċċentrata fuq sforz konġunt sabiex il-villaġġi u l-ibliet isiru aktar ħodor u inqas imniġġsa kif ukoll siguri u aktar aċċessibbli għaċ-ċittadini kollha.

Il-politika reġjonali tal-UE hija forza importanti li tmexxi l-ambjent urban. Il-Komunikazzjoni Il-Politika ta' Koeżjoni u l-ibliet: il-kontribut urban għat-tkabbir u x-xogħol fir-reġjuni hija ddisinjata sabiex tgħin lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u tal-ibliet fil-preparazzjoni ta' sett ġdid ta' programmi ta' politika ta' koeżjoni.

L-Istati Membri tal-UE issottolinejaw l-importanza territorjali tal-politika urbana għall-Ewropa meta tkun qed tiġi adottata l- Aġenda Territorjali tal-Unjoni Ewropea u l- Karta ta' Leipzig dwar l-Ibliet Ewropej Sostenibbli waqt il-laqgħa ministerjali inforali tagħhom f'Leipzig fl-2007. Dawn qablu fuq xogħol kontinwu taħt il-presidenzi u żviluppaw pjan ta' implimentazzjoni.

Diversi awtoritajiet lokali żviluppaw l-istrateġiji tal-Aġenda Lokali 21 tagħhom u l-pjanijiet ta' azzjoni. Il- Karta ta' Aalborg hija waħda mill-aktar stqarrijiet politiċi famużi għall-iżvilupp lokali sostenibbli iffirmata minn aktar minn 2 500 awtorità lokali u reġjonali. Il- Kampanja għal Bliet Sostenibbli għandha l-għan li tgħin lill-gvernijiet lokali madwar l-Ewropa sabiex jintegraw il-prattika tajba tas-sostenibbiltà.

Permalinks

Dokument ta’ Azzjonijiet