li jmiss
preċedenti
punti

Attivitajiet tal-EEA

Biddel il-lingwa
Page Mibdul l-aħħar 22 Jan 2019
1 min read
This page was archived on 06 Aug 2018 with reason: Content is outdated
L-attivitajiet tal-EEA huma mmirati biex jikkumparaw il-progress mal-miri tal-Istrateġija tal-UE dwar l-Ambjent u s-Saħħa, biex jitnaqqas id-distakk bejn ix-xjenza u l-politika. L-attivitajiet ivarjaw minn xogħol metodoloġiku għal valutazzjonijiet u valutazzjoni ekonomika tal-effetti fuq is-saħħa. Aħna naħdmu flimkein mal-Kummissjoni Ewropea, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, ma' aġenziji oħra tal-Komunità, mal-pajjiżi u ma' partijiet interessati oħra.

Ix-xogħol jiffoka fuq is-segwenti:

  • L-iżvilupp ta' metodoloġiji biex jiġu vvalutati l-impatti tal-ambjent fuq is-saħħa, waqt li jiġu kkunsidrati l-kumplessità tal-kawża u l-katini tal-effett;
  • Approċċi biex tiġi vvalutata l-evidenza għall-azzjoni;
  • Titjib tal-aċċess għall-informazzjoni dwar l-impatti ambjentali u fuq is-saħħa (inklużi l-kimiċi) u d-distribuzzjoni ta' spazju tagħhom fil-kuntest tas-Sistema ta' Informazzjoni Ambjentali Kondiviża (SEIS);
  • Appoġġ għas- Sistema Ewropea ta' Informazzjoni dwar l-Ambjent u s-Saħħa;
  • Valutazzjoni tar-relazzjoni bejn il-bidla fil-klima u s-saħħa, fi ħdan l-iskop tal-aġġornament tar-rapport tal-2004 'Valutazzjoni tal-impatti tal-klima tal-Ewropa li qed tinbidel’;
  • Il-valutazzjoni ekonomika tal-impatti ambjentali u fuq is-saħħa.

Permalinks

Topics

Dokument ta’ Azzjonijiet