li jmiss
preċedenti
punti

Attivitajiet tal-EEA

Page Mibdul l-aħħar 22 Feb 2017
This page was archived on 22 Feb 2017 with reason: Other (No more updates will be done. Content about the urban environment can now be found under the topic "Sustainability transitions")
L-EEA tappoġġja l-politiki tal-UE relatati maż-żoni urbani billi tiżviluppa databases u evalwazzjonijiet fuq id-dinamiċi tal-użu tal-art (eż. il-firxa urbana), kwistjonijiet ta' maniġment sostenibbli tal-urban u materji ta' tniġġis speċifiċi bħall-istorbju u l-kwalità tal-arja. Dan isir permezz ta' kooperazzjoni mill-qrib man-netwerks ewlenin tal-ibliet u partijiet interessati oħra, li jinkludu azzjonijiet konġunti u skambju ta' informazzjoni.

Dejta

Skont id- dejta tal-Corine land cover l-EEA żviluppat sett ta' unitajiet analitiċi - Żoni Morfoloġiċi Urbani (UMZ). Id-deta turi l-estensjoni tat-teħid tal-art urbana fl-Ewropa, fejn issir il-firxa u kif inhi ffurmata. Flimkien ma' dejta oħra dwar il-Corine land cover fuq il-bidliet tal-użu tal-art, iż-żoni ħodor u s-siti ta' Natura 2000, tista' tkun analizzata l-influwenza tal-ibliet fuq it-tipi ta' art naturali u tipi oħrajn, kif ukoll il-kwalità ta' ħajja u d-densitajiet tal-popolazzjoni.

Qed tkun żviluppata għodda sabiex id-dejta tal-EEA dwar l-ispazju tiġi integrata ma' dejta urbana oħra soċjo-ekonomika u funzjonali bħad- database ta' awditjar Urban (Eurostat u DG REGIO) u n- Netwerk tal-Osservatorju Ewropew għall-Ippjanar tal-Ispazju (ESPON).

Wara d-Direttiva Qafas dwar il-Kwalità tal-Arja, l-EEA qed tiġbor dejta dwar il-kwalità tal-arja tal-madwar fl-agglomerazzjonijiet Ewropej (madwar 1 700 belt) fl- AirBase.

Id-Direttiva dwar l-Istorbju Ambjentali titlob lill-Istati Membri sabiex jibagħtu dejta dwar l-espożizzjoni għall-istorbju fl-agglomerazzjonijiet prinċipali. Il-Kummissjoni Ewropea stabbiliet database tal-informazzjoni rrappurtata, sostnuta mir-reviżjonijiet tal-EEA.

Id-dejta dwar it-trattament tal-ilma urban mormi huma disponibbli fis-Sistema ta' Informazzjoni tal-Ilma għall-Ewropa (WISE).

Valutazzjonijiet

Ir-Rappport tal-EEA Il-Firxa Urbana fl-Ewropa - L-isfida injorata jagħti l-ewwel ħarsa komprensiva lejn il-problema tal-firxa urbana, janalizza l-impatti u l-fatturi ewlenin, bħal-linji politiċi tat-trasport u l-ipprezzar. Meta d-dejta soċjo-ekonomika u funzjonali tkun aktar integrata, ikun possibbli li dawn ir-relazzjonijiet jiġu esplorati f'aktar dettall.

Il-valutazzjonijiet urbani huma inklużi wkoll fil-valutazzjonijiet regolari tal-EEA dwar it-tniġġiż tal-arja, ir-rapporti tagħha dwar l-istat u l-prospetti, eż. ir- rapport tal-2005 dwar l-Istat u l-prospetti , u rapporti oħra ta' natura traversa.

L-EEA, flimkien man-netwerks ewlenin tal-ibliet il-kbar Ewropej u l-partijiet interessati, qed tesplora wkoll l-inter-relazzjonijiet bejn it-tfassil tal-politika urbana u Ewropea taħt l-isfidi preżenti u futuri bħall-bidla fil-klima, il-mudelli ta' konsum li qed jinbidlu u l-bidliet demografiċi.

 

Permalinks

Dokument ta’ Azzjonijiet