next
previous
items

Il-Kummissjoni Ewropea iddeċidiet, wara d-deċiżjoni tal-Bord tal-Maniġment ta' l-Aġenzija ta' l-Ambjent Ewropew fil-15 ta' Marzu 2002, biex taċċetta applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta'

 

Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija ta' l-Ambjent Ewropew

L-Aġenzija, istituzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea li twaqqfet permezz tar-Regola tal-Kunsill 1210/90 (hekk kif ġiet emendata mir-Regola tal-Kunsill 933/99), tinsab f'Copenhagen.


L-Aġenzija
: Minn meta  twaqqfet fis-sena 1994, l-Aġenzija saret is-sors prinċipali tat-tagħrif li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha jużaw fl-iżvilupp tal-politika dwar l-ambjent. Għalhekk, l-Aġenzija għandha rwol prinċipali biex tgħin l-Ewropa tiżviluppa b'mod sustinibbli. L-applikant li jrid jirnexxi ser ikollu juri li hu għandu mhux biss l-ablità imma d-direzzjoni (leadership) necessarji  biex jiżgura li l-Aġenzija tkun tista' tissodisfa r-rwol strateġiku tagħha. L-Agenzija hi ssapportjata minn nisga (network) ta' tagħrif u osservazzjoni dwar l-ambjent li għandu taqsimiet fil-EU, l-Liechtenstein, l-Islanda u n-Norveġja. It-tkabbir b'13 membri ġodda hu l-isfida immedjata tad-Direttur il-ġdid. Is-sit tal-web ta' l-Aġenzija (www.eea.eu.int) jagħti aktar tagħrif.

 

Tagħrif dwar l-impjieg: Id-Direttur Eżekuttiv hu r-rappreżentant legali ta' l-Aġenzija u l-wiċċ ta' l-Aġenzija barra l-Unjoni. Hu jew hi irid/trid tagħti kont lill-Bord tal-Maniġment. Responsabbilitajiet partikulari jinkludu:

 

  • Ħidma mal-Bord tal-Maniġment biex jiżviluppa u jilħaq l-objettivi strateġiċi ta' l-Aġenzija fil-qasam ta' l-ambjent;

  • l-immaniġġjar ta' kuljum ta' iżjed minn 80 membru ta' l-istaff ta' l-Aġenzija u budgit annwali ta' madwar 28 miljun €;

  • il-preparazzjoni u tqassim ta' tagħrif dwar l-ambjent;

  • il-preparazzjoni ta' programmi multi-annwali u annwali dwar ix-xogħol.


Ħatra
: Il-Bord tal-Maniġment ta' l-Aġenzija ser jaħtar l-applikant li rnexxa jikseb il-pożizzjoni a bażi ta' proposta mill-Kummissjoni Ewropea.

 
Kondizzjonijiet ta
' l-Impjieg: Id-Direttur Eżekuttiv ser jinħatar bħala membru ta' l-istaff temporanju skond Artiklu 2 tal-Kondizzjonijiet tax-Xogħol ta' Uffiċjali Oħra tal-Komunitajiet Ewropew. Il-ħatra ser tkun f'livell A.2, għall-perjodu ta' 5 snin, u tkun imġedda.


Kwalifiki meħtieġa
:

  • Id-determinazzjoni u d-direzzjoni biex tissodisfa l-mandat ta' l-Aġenzija.

  • Ikun kapaċi  jikkomunika ma' nies li huma involuti f'dan ix-xogħol u  jibni relazzjoni aktar fil-qrib dwar ix-xogħol.

  • Jkun kapaċi juri li jaf imexxi organizzazzjoni, kemm fil-livell strateġiku u dak maniġerjali intern.

  • Mill-anqas ħmistax-il sena esperjenza professjonali (wara l-ksib ta' lawrija minn università jew ekwivalenti) f'qasam li hu rilevanti mal-missjoni ta' l-Aġenzija, u mill-anqas ħames snin minn din l-esperjenza trid tkun inkisbet f'livell maniġerjali;

  • Jaf sewwa mill-inqas waħda mill-lingwi uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropeja, u jkun jaf b'mod sodisfaċenti oħra. L-abilità li l-applikant ikun jaf tajjeb l-Ingliż hi meqjusa bħala vantaġġ.

  • Lawrija ta' l-università jew ekwivalenti li tagħtih id-dritt li jkomplu jistudja wara li jieħu lawrija.

  • Il-kandidat għandu jkun twieled wara l-01.01.1943.

  • Il-kandidat għandu jkun jaf tajjeb kif jaħdmu l-istituzzjonijiet ta' l-EU, il-politika dwar l-ambjent ta' l-EU. Il-kandidat għandu wkoll  jifhem sewwa l-iżviluppi internazzjonali rilevanti u politiki oħra li għandhom x'jaqsmu mal-ħidma ta' l-Aġenzija.

Nazzjonalità: wieħed mill-pajjiżi membri ta' l-Aġenzija, inklużi dawk li bħalissa jinsabu għaddejjin mill-proċess tar-ratifika tas-sħubija, basta r-ratifika tkun saret sa meta l-Bord tal-Maniġment ta' l-Agenzija jaħtar l-applikant li ġie magħżul (dan japplika għall-Polonja u t-Turkija).

 

Applikanti li kienu wieġbu għall-aħħar talba ta' l-applikazzjonijiet (li ġiet ippubblikata fl-20 ta' Lulju 2001 fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-EU) huma mfakkra li din il-proċedura ġiet magħluqa. Jekk huma għadhom interessati f'din il-pożizzjoni huma JRIDU jitfgħu applikazzjoni ġdida sad-data ta' l-għeluq li ġiet imħabbra. Huma jridu jinkludu wkoll id-dokumentazzjonijiet kollha rilevanti.

 

Il-persuni interessati huma mitluba jibgħatu ittra ta' motivazzjoni, formola ta' l-applikazzjoni kompluta u CV ta' mhux inqas minn 3 paġni u l-format tiegħu għandu jkun f'idejn l-applikant sabiex kwalunkwe applikazzjoni tkun meqjusa valida. Dan it-tagħrif għandu jintbagħat fl-indirizz li jidher hawn taħt f'ittra rreġistrata mhux aktar tard mill-26 ta' Lulju 2002 (id-data tat-timbru tal-posta).


European Commission
Directorate General for Personnel and Administration
Unit Admin.A.5
Executive Director of the EEA
Office MO 34 5/105
B-1049 Brussels


Download

APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-POŻIZZJONI TA’ DIRETTUR EŻEKUTTIV


Permalinks

Document Actions